F'Għawdex ma jabbuża ħadd: 'Kollox miexi fuq ir-rubini'

Skont tweġiba tal-ministru tal-intern fi 3 snin persuna waħda inqabdet tpejjep f'post fejn t-tipjip hu projbit...aqra iżjed

Minn mistoqsijiet parlamentari li għamel Chris Said lil Ministru tal-Intern Carmelo Abela ħareġ li Għawdex fejn tidħol liġi ta' xorb u tipjip ma jabbużawx. Fil-fatt fit-tweġibiet tiegħu ħareġ li:

* Fl-aħħar tliet snin f' Ghawdex persuna wahda biss taht l-eta' nqabdet f' diskoteka jew post ta divertiment;
* Fl-aħħar tliet snin f' Ghawdex persuna wahda biss nqabdet tpejjep f'post fejn it-tipjip huwa ipprojbit;
* Fl-aħħar tliet snin f' Ghawdex l-ebda persuna li hija sid ta' stabiliment ma tressqet il-Qorti għaliex ħalliet isir tipjip fl-istabiliment tagħha;
* Fl-aħħar tliet snin f' Ghawdex l-ebda persuna ma tressqet il-Qorti ghaliex inqabdet tbiegh alkoħol lill-persuni taħt l-eta';

Meta tlabna lil Chris said jgħidilna x'jaħseb dwar dawn it-tweġibiet qalilna b'ton sarkastiku li "f'Għawdex jidher li kollox miexi fuq ir-rubini".

More in G?awdex