Jekk isiru l-pannelli flok Park tal-familja x'se jsir mit-22,881 siġra u arbuxell? - Chris Said

Il-post ngħata lill-kumpanija b'interess Ċiniż biex tagħmel il-pannelli fotovoltajċi wara li ntefqu 3.2 miljun ewro

Minn mistoqsija ta' Chris Said lil ministru Leo Brincat dwar l-għolja ta' Qortin li kellha ssir Park tal-familja u issa jidher li se tintuża mill-EneMalta bħala farm tal pannelli, ħareġ li fil-miżbla tal-Qortin fix-Xagħra hemm 22,881 siġra u arbuxell. Biex jissaqqew, f’dawn l-aħħar tliet snin, intuża bejn wieħed u ieħor 7.5 miljun litru ilma.

il-Ministru Brincat ikkonferma wkoll li fis-sit inbena ġibjun li tlesta f’Awwissu 2015 u li jesa’ madwar 4,000 metru kubu u li sabiex tingħalaq il-Miżbla tal-Qortin sar ħafna xogħol fil-biċċa l-kbira xogħol ta’ “re-contouring” u “capping” skont kif stipulat fid-direttivi relatati tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk saret ħidma biex ikunu istallati sistemi ta’ irrigazzjoni li primarjament kienu meħtiega biex ikunu kontrollati l-emissjonijiet li joħorġu mill-miżbla. Inbena wkoll ġibjun biex jilqa’ l-ilma fih li jinżel fuq is-sit u dan jintuża fis-sistema tal-irrigazzjoni, inbnew bjar tal-gass u ġiet installata wkoll sistema tat-trattament tal-gass. Dawn ix-xogħlijiet inbdew f’Awwissu tal-2012 u tlestew f’Awwissu tal-2015. L-ispejjeż għal dan il-proġett laħqu s-somma ta’ €3.2 miljun, b’85% tal-ispejjeż iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea waqt li 15% iffinanzjati lokalment.

Sadanittant il-Ministru qal li il-proġett tal-park tal-familja li qed jirreferi għalih Chris Said ma kienx proġett li qed imexxih il-Ministeru tiegħu.

Il-kelliem għal Għawdex fuq in-naħa tal-oppożizzjoni, Chris Said fuq il-facebook tiegħu staqsa "X' SER JIGRI MINN 22,881 SIGRA U ARBUXELL LI HEMM FIL-QORTIN TAX-XAGHRA?". Skont Chris Said ġie nfurmat ftit tal-jiem ilu li kellu jiġi Park għal familja u issa ngħata lill-kumpanija b'interess Ċiniż biex tagħmel il-pannelli fotovoltajċi.

"Issa dan kollu ser jghosfor u l-flus jkunu nhlew la darba l-post ser jinbidel l-uzu tieghu biex jitpoggew l-pannelli. Ovvju li fejn ikun hemm il-pannelli ma jista' jkun hemm sigar ghaliex dawn joholqu d-dell. Min ha dawn id-decizjonijiet? Min ser jirrispondi ghal dawn il-hela ta' flus?@ staqsa Chris Said

More in G?awdex