Kjarifika tal-Vitals Global Healthcare
Il-Vitals Global Healthcare Ltd (VGH) tagħmel kjarifika b'referenza għar-rapport li deher fil-gazzetta ILLUM
"B’referenza għar-rapport li deher fil-gazzetta ILLUM fil-ħarġa tat-8 ta’ Novembru tal-2015, il-VGH (Vitals Global Healthcare Ltd) irid jagħmel is-segwenti klarifikazzjoni u jiddikjara dawk il-fatti:
- Il-proġett tal-Isptar ta’ Għawdex u l-Isptar San Luqa huwa ffinanzjat sabiex jiġu sodisfatti l-impenji u l-obbligi skont it-talba għall-proposta u l-konċessjoni li ngħatat lil VGH.
- It-tim tal-VGH għandu kompetenza u esperjenza ppruvata biex jopera s-servizzi tas-saħħa u l-immaniġjar ta’ sptar bl-ogħla standards, aktar u aktar minħanna l-kolloborazzjonijiet li l-VGH ġab għal kura tas-saħħa f’Malta, jiġifieri l-Assoċjazzoni Medika ta’ Northern Virgina u Partners Healthcare International – waħda mis-sistemi ewlenin fil-qasam tas-saħħa fl-Istati Uniti. Partners HealthCare kienet imwaqqfa mill-Massachusetts General Hospital u Brigham and Women’s Hospital, l-eqdem u l-ikbar sptarijiet ta’ tagħlim fil-Harvard Medical School.
- Is-Sur Sri Ram Tumuluri huwa wieħed mid-diretturi ta’ VGH u mhux is-sid.
- Is-Sur Sri Ram Tumuluri għandu l-esperjenza meħtieġa u se jkompli jkun il-punt ta’ kuntatt fuq l-art sakemm it-tim tal-operat tal-VGH jiġi mmobilizzat wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratti mal-Gvern ta’ Malta.
- Tim ta’ professjonisti mediċi b’esperjenza estensiva fil-kura tas-saħħa ġie assenjat għall-proġett ta’ Malta u Għawdex, liema tim jinikludi CEO b’aktar minn 40 sena f’esperjenza ta’ tmexxija ta’ sptarijiet b’suċċess.
- VGH hija kommessa li tipprovdi fatti ibbażati fuq id-dettalji tal-proġett jekk kwalunkwe midja tixtieq, minflok ma jinħolqu artikli spekulattivi jew bla bażi.”
More in G?awdex
