Għaddas Ingliż imut ix-Xatt l-Aħmar għaxar snin wara li kien salva minn mewt simili

Il-baħar iddeċieda li jieħu lura dak li kien ħarablu 10 snin ilu

ritratt mill-arkivji
ritratt mill-arkivji

Ingliż ta' 69 sena il-bieraħ wara nofs in-nhar waqa u miet wara li tela minn sessjoni ta' għadds fix-xatt l-Aħmar Għawdex. Dan l-Ingliż salva minn mewt simili għaxar snin ilu. Kien l-14 ta' Novembru 2005 meta in-naħa tas-salini f'Tax-Xwejni, Għawdex niżel jogħdos f'baħar qawwi ma' sieħbu Ray Harold Kenneth li dak in-nhar kellu 57 sena. It-tnejn sabu diffikultajiet kbar fejn sieħbu Harold miet u hu salva bil-ħniena wara li rnexxielu jitla l-art. Għaxar snin wara l-baħar xorta ddeċieda li jieħu lura dak li kien ħarablu għaxar snin ilu. L-Ingliż ittieħed l-isptar bl-ambulanza minnufih fejn ippruvaw jsalvawlu ħajtu iżda ma rnexxielhomx. Ir-riżultat tal-awtopsja għadu qed isir u għad mhux magħrufa l-kawża tal-mewt.

Dawn l-imwiet kollha li jseħħu fuq anzjani li jgħoddsu hu kemmxejn allarmanti għax dawn kollha kemm huma jiffirmaw dikjarazzjoni li huma b'saħħithom qabel jitħallew jgħoddsu. Iżda hemm min qed jiċċekkja fil-verita kemm dawn ikunu b'saħħithom? U kemm vera huma ċertfiikati li b'saħħithom?

Avviż legali 359 tal-2012 jgħid li dawk kollha li huma 'l fuq minn 45 sena, ibatu mill-kolesterol u għandhom membri tal-familja bi storja ta' mard tal-qalb huma 'highly recommended' li jmorru jiċċertfikaw ruħhom bħala b'saħħithom biex jistgħu jgħoddsu. 

 

More in G?awdex