Illejla marċ u party kbir f'Għajnsielem li jiġbed lejh mijiet ta' żgħażagħ anke maltin

Kilometru drapp jintlibes miż-żgħażagħ Għajnselmiżi u 300 dulliegħa mimlijin b'taħlita ta' xorb alkoħoliku bil-lest għal waqt il-marċ

Il-festa tal-Madonna ta' Loreto f'Għajnsielem tilħaq il-qofol tagħha bid-dimostrazzjoni kbira li ssir illejla l-Ġimgħa mid-9 ta' filgħaxija sas-sigħat bikrin ta' filgħodu. Fejn iż-żgħażagħ Għajnselmiżi li huma msemmijin għal mod kif jiddevertu fil-festa ilestu party kbir mar-raħal kollu li f'Għawdex hu uniku.

Inxtara kilometru drapp kollu l-istess biex minnu madwar 600 żagħżugħ, żagħżugħa u anke tfal jilbsu xi shorts, qmis inkella uniformi biex igawdu l-marċ hekk imsejjaħ ta' Balzunetta. Iżda barra d-drapp dan il-marċ hu msemmi għal mod kif iż-żgħażagħ minn filgħodu jħaffru d-dulliegħ u fih jitfgħu taħlita ta' alkoħol bħal vodka, gin, bacardi, energy drink u orange juice u jifferemnnta fid-dulliegħ li jinxtorob waqt il-marċ bi straw minn kulmin jattendi.

L-istatwa tal-madonna ta' Loreto niezla minn fuq il-bejt tal-Knisja
L-istatwa tal-madonna ta' Loreto niezla minn fuq il-bejt tal-Knisja

Għal xi nofs il-lejl il-madonna ta' Loretu titniżżel minn fuq il-bejt tal-knisja sa fuq pedestall fil-pjazza waqt mixgħelha mill-isbaħ u l-kant ta' Ave Marija. Ikun hemm ukoll wirja piroteknika ta' ajruplani minn fuq il-bjut għal fuq il-Knisja biex jonoraw il-madonna ta' Loreto li hi l-protettriċi tal-avjazzjoni.

Wara jkun hemm party kbir bl-aqwa dj's sas-sigħat bikrin ta' filgħodu biex għal tmiem il-ġimgħa kollox jirritorna għal festa normali bħal ta' kull raħal.

More in G?awdex