Il-wirja agrarja ta' Santa Marija tagħlaq 160 sena

Monument li kien tkisser meta sar it-tisbiħ ta' Villa Rundle reġa sar mill-ġdid

Il-monument tal-1955 li kien tkisser u ħadd ma jaf x'sar minnu reġa sar mill-ġdid
Il-monument tal-1955 li kien tkisser u ħadd ma jaf x'sar minnu reġa sar mill-ġdid

Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo inawgura l-wirja agrarja ta’ Santa Marija fil-ġonna pubbliċi ta’ Villa Rundle. Din hija wirja tradizzjonali tal-biedja u snajja’ li ta’ kull sena tiġi organizzata mis-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali Għawdxija fil-jiem tal-festa ta’ Santa Marija bejn it-tlettax u l-ħmistax ta’ Awwissu. Din is-sena qed tiġi mfakkra il-160 sena minn meta s-Soċjetà Agrikola, Industrijali u Kulturali ġiet organizzata għall-ewwel darba fl-1855, fl-iskola primarja ta’ Triq il-Vajrinġa fir-Rabat, Għawdex.

Fis-sena 1955, f’għeluq il-100 sena minn mindu kienet saret l-ewwel darba din il-wirja kbira, kien sar monument biex ifakkar l-ewwel ċentinarju. Sfortunatament meta sar xogħol ta’ tisbiħ fil-ġonna ta’ Villa Rundle, dan il-monument flimkien ma’ monumenti u lapidi oħra, safa’ imkisser u ħadd ma jaf x’sar minnu. Għalhekk dan il-monument reġa inħadem mill-ġdid u tpoġġa fejn suppost kien.

 

More in G?awdex