Dak hu ground tal-Football magħmul mill-Kunsill Lokali tal-Għarb - CEO Gozo Sports Board

L-ILLUM tkellem ma' Alvin Grech dwar ritratt li qed jingħad li hu racing track tal-atletika li qed idur fuq l-internet

Fuq is-sit soċjali Facebook, qed iddur storja u ritratt ta trakka tal-atletika li hi kwadra u mhux kif suppost tkun bit-tundjatura ħalli dawk li jkunu qed jiġru jduru mal-linji u mhux jieqfu ħesrem. Għalhekk l-ILLUM ddeċieda li jikuntattja lil Kap Eżekuttiv tal-Gozo Sports Board Alvin Grech li hu l-eks president tal-GFA.

Dan qalilna li baqa skantat li qed jingħad li dan ir-ritratt hu ta' track tal-atletika,"Dan hu proġett magħmul mill-Kunsill Lokali tal-Għarb u fil-fatt hu Football ground u mhux trakka tal-atletika. Issa jekk il-Kunsill iddeċieda li jsir xi trakka tal-atletika fiha, kien sta għalih li jagħmel dan għax il-proġett hu tiegħu u la tal-Ministeru u lanqas tal-Gozo Sports Board. "

Fil-fatt dan il-proġett tal-ground kien f'idejn is-sindku Nazzjonalista David Apap u nfetaħ nhar l-Erbgħa li għaddha mis-segretarju parlamentari Justyne Caruana. 

Is-Sur Alvin Grech qalilna wkoll li parti mill-flus għal dan il-proġett ġie mill-Ministeru għall-Isport permezz tal-GFA li ħallset l-ispejjeż tat-turf tal-ground tal-Football.

More in G?awdex