25 għaqda juru interess fil-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ f’Għawdex

Imħabbar il-kunsill reġjonali taż-żgħażagħ
Imħabbar il-kunsill reġjonali taż-żgħażagħ

“Ilha tissemma l-ħtieġa li f’Għawdex jitwaqqaf Kunsill Amministrattiv taż-Żgħażagħ. Mhux biss imma l-Kunsill Reġjonali taż-Żgħażagħ għandu l-għan li jkun vuċi effettiva għaż-żgħażagħ Għawdxin u jgħinhom jipparteċipaw b’mod aktar effettiv fil-ħajja Amministrattiva, Soċjali, Ekonomika, Kulturali u Edukattiva tal-Gżira. Jgħin ukoll lill-gvern li jsib interlokutur għas-settur.” Dan qalu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li qal ukoll li din kienet wegħda oħra mwettqa mill-Partit Laburista.

Hu kompla jgħid li mill-bidu nett ta’ din il-leġsilatura beda jiltaqa’ mal-istake holders biex jifhem aktar il-bżonnijiet taż-żgħażagħ Għawdxin.

Fit-28 ta’ Marzu li għadda kien ħareġ avviż fuq il-gazzetti biex iħajjar lil kull għaqda Għawdxija taż-żgħażagħ biex tingħaqad fil-kunsill reġjonali taż-żgħażagħ Għawdxin.

Il-Ministru qal li kien hemm 25 għaqda li rreġistraw l-interess tagħhom biex jingħaqdu fil-Kunsill Reġjonali. Issa l-ewwel ġenerali għat-twaqqif tal-Kunsill u adozzjoni tal-istatut hi pprogrammata għas-16 ta’ Mejju 2014.

More in G?awdex