F'filmat mibgħut lil din il-gazzetta, jidher raġel jarmi l-konkos minn trakk tal-konkos fil-ħaxix fl-akkwati ta' Wied is-Sewda f'Ħal Qormi. Huwa mifhum li l-ERA u awtoritajiet oħrajn jafu dwar dan l-inċident.
Din mhux l-ewwel darba fejn Wied Sewda kien vittma ta' nies jarmu konkos fil-wied. Wied is-Sewda huwa ġawra ekoloġika b'numru ta' flora nativa, aljena u anke invażiva. Il-wied qiegħed f'żona industrijali b'riskju kbir li jegħreq, allura dejjem qiegħed jaffaċja problemi differenti.
Ilenia hija studenta universitarja li qed tiffoka l-istudji tagħha fuq l-ekonomija, il-po...