Ċerimonja tirrikonoxxi numru ta’ individwi f’Jum ir-Repubblika

22 individwu ngħataw rikonoxximent għas-servizz tagħhom lejn l-istat f’ċerimonja f’Jum ir-Repubblika.

Edwin Lanfranco botanista ewlieni Malti ġie mfakkar wara mewtu (Ritratt: ERA)
Edwin Lanfranco botanista ewlieni Malti ġie mfakkar wara mewtu (Ritratt: ERA)

Il-President Myriam Spiteri Debono fuq il-parir tal-Prim Ministru għandu jagħmel ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu u sabiex jagħmel għotjiet tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika u tal-Midalja għal Servizz Distint.Fiċ-ċerimonja li saret fil-Palazz tal-Granmastri fil-Belt Valletta, Mario Cutajar u Stephen C. Spiteri ġew maħtura bħala uffiċċjali fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu.

Mario Cutajar, illi preżentament huwa ċ-ċermen ta’ Heritage Malta u d-direttur tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti (il-MUZA). Fi snin imgħoddija, huwa ħadem fil-qasam trejdunjonistiku bejn 1988 u 2001 fejn huwa bħala d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union . Huwa serva wkoll fil-qasam tas-servizz pubbiku billi serva bħala l-Kap tas-Servizz Pubbliku s-Segretarju Permanenti Prinċipali bejn 2013 u 2022.
Stephen Spiteri huwa awtur prolifiku li kiteb numru ta’ kotba influwenti rigward il-fortifikazzjonijiet tal-Gżejjer Maltin. Huwa serva bħala Supredentent tal-Fortifikazzjonijiet għal għaxar snin sħaħ fejn kien involut fir-restawr u l-protezzjoni ta’ siti storiċi. Sal-2024, huwa kien għadu jservi fi ħdan id-Direttorat tar-Restawr.

Fi ħdan l-Ordni Nazzjonali tal-Meritu, ġew maħtura bħala membri:
Joseph Borg (xjentist lokali prominenti u Professur fl-Universita’ ta’ Malta li għamel kontribut siewi fl-istudju dwar kundizzjonijiet ereditarji fid-demm); Louis Buhagiar (eks-membru parlamentari Laburista li serva bħala konsulent għa-Dipartiment tas-Saħħa fi ħdan l-Isptar San Luqa);
Victor Fenech (poeta, kittieb u traduttur lokali prominenti li ħalla legat fuq il-litteratura Maltija u li kien wieħed mill-ewwel fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju); Lawrence Scerri (dermatoloġista li serva bħala ċ-ċermen tad-Dipartiment Malti tad-Dermatoloġija u l-Venereoloġija);
Charles Swain (kirurgu li ħalla kontribut kliniku permezz tat-twaqqif ta’ għadd ta’ oqsma ta’ kura ġodda fl-Isptar San Luqa);
Alfred J. Vella (akkademiku li ilu jservi bħala r-Rettur tal-Universita’ ta’ Malta mill-2016 u li huwa pijunir lokali fil-qasam tal-kemistrija ambjentali; Theresa Zammit Lupi (konservattriċi tal-karti u tal-kotba ta’ fama internazzjonali).

Inħatru wkoll bħala membri onorarji Emanuele Grimaldi (il-president ta’ Malta Motorways of the Sea) u Dott. Fabio Gualandris (il-president ta’ STMicroelectronics f’Malta).

Fl-istess ċerimonja ppreseduta mill-President tar-Repubblika, disa’ persuni ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika; fosthom il-Mro. Joe Brown (kunduttur rinomat), Felix Busuttil (direttur fl-arti tal-koreografija), Tony Camilleri (kantant u għannej), Fabio Spiteri (atleta u attivist), Sonia Young (preżentattriċi fuq ix-xandir) u d-Dar tal-Providenza (istituzzjoni ddedikata għall-persuni b’diżabbilita’. Min-naħa l-oħra, il-Kaptan Darren Debono u l-Kaptan Mark Anthony Cassar ġew rikonoxxuti għall-ħidma tagħhom fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta. Dan ir-rikonoxximent ingħata wkoll lil żewġ persuni wara mewthom; il-Prof. Alexander E. Felice (ġenetċista rinomat), Edwin Lanfranco (botanista). Max Gibbons (konsulent ortopediku) ingħata dan ir-rikonixximent fuq bażi onorarja wara mewtu.

More in Socjali