L-Awstrija tirbaħ il-Eurovision 2025

L-Awstrija tirbaħ l-Eurovision 2025 b’wirja spettakolari. Malta tagħti wirja sodisfaċenti u tispiċċa fl-17 -il post.

Ir-rebbieħ ta’ din is-sena huwa JJ bil-kanzunetta Wasted Love li ġibded l-attenzjoni tal-udjenza u tal-ġurija b’wirja emozzjonanti u kanzunetta li żgur se tibqa’ tinstema’ fuq ir-radju għal żmien twil. Fit-tieni post spiċċat l-Iżrael filwaqt li fit-tielet post nsibu lill-Estonja

Malta, irrappreżentata minn Miriana Conte bil-kanzunetta Serving, spiċċat fl-17 -il post. Minkejja li ma waslitx fil-quċċata tal-klassifika, il-prestazzjoni Maltija ġiet milqugħa tajjeb minn ħafna partitarji internazzjonali u rċeviet appoġġ qawwi fuq il-midja soċjali.

Wara ġimgħat ta’ preparazzjoni, eċitament u wirjiet spettakolari, il-Eurovision Song Contest 2025 wasal fi tmiemu b’finali mill-aktar memorabbli. Il-kompetizzjoni din is-sena saret f’Basel l-IIżvizzera u laqgħet parteċipanti minn 37 pajjiż minn madwar l-Ewropa.

L-edizzjoni tal-2025 tfakkar kemm il-Eurovision jibqa’ okkażjoni li tgħaqqad lin-nies permezz tal-mużika, il-kreattività u l-passjoni. Issa li l-festi tal-lejla ġew fi tmiemhom, in-nazzjonijiet diġà bdew iħarsu ’l quddiem għall-edizzjoni tas-sena d-dieħla, li mistennija ssir fl-Awstrija pajjiż ir-rebbieħ ta’ din is-sena.

 

More in Socjali