MG: Huwa inaċċettabli li Kemuna tibqa' sfruttata sena sħiħa għal interessi kummerċjali

L-għaqda mhux governattiva, Moviment Graffitti, kkritikat l-użu ta' mużika għolja ġejja mill-gabbani li jinsabu f'Kemuna, li jmur kontra l-istatus tan-Natura 2000 u nuqqas ta' rispett lejn il-pubbliku ġenerali

L-għaqda mhux governattiva, Moviment Graffitti (MG) reġgħet saħaq li Kemuna qed tibqa’ sfruttata sena sħiħa għal interessi kummerċjali  u li hemm nuqqas ta’ infurzar. 

Il-Ġimgħa, MG tefgħet video fuq il-midja soċjali fejn tinstema' ċara mużika ġejja mill-gabbani li joperaw fuq Kemuna. MG kitbet li l-istatus ta’ Natura 2000 qed jiġi injorat u huwa nuqqas ta’ rispett lejn il-pubbliku ġenerali . 

Fis-sajf tal-2022, MG nieda protesta diretta dwar il-gżira ta’ Kemuna, fejn attivisti kienu marru u neħħew l-ammont ta’ deckchairs li kienu qed jimblukkaw il-pajsaġġ. 

Dakinhar, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo kien qal li m’hemmx umbrellel u deckchairs fuq il-bajjiet, iżda MG kienet qalet mod ieħor. Skont MG kienu tneħħew uħud minnhom u mhux kollha. 

Mill-video xxerjat fuq il-midja soċjali, MG kitbet li bħala risposta għall-protesti tagħna fis-snin li għaddew, il-Ministru Clayton Bartolo kien sostna li mużika mill-gabbani mhix se tibqa’ permessa, filwaqt li kompliet tikteb li titlob għall-aktar infurzar. 

More in Socjali