28% tan-nisa fl-UE kienu impjegati fuq bażi ta' part-time fit-tielet kwart tal-2023

Statistika tal-Eurostat turi li fit-tielet kwart tal-2023 fl-Ewropa, 28% ta’ nisa kellhom xogħol fuq termini ta’ part-time, filwaqt li 8% tal-irġiel kellhom impjieg part-time

Skont statistika mill-Eurostat, fit-tielet kwart tal-2023 in-nisa kienu l-iktar persuni li kellhom impjieg part-time bejn l-etajiet ta’ 16-il sena u 64 sena. 

Malta kienet fost l-inqas pajjiżi ewropej li rreġistraw persuni jaħdmu fuq bażi part time fit-tielet kwart tal-2023. Kemm in-nisa u l-irġiel jaqgħu taħt l-20% meta kkumbinati flimkien. 

L-istastika turi li fit-tielet kwart tal-2023 fl-Ewropa, 28% ta’ nisa kellhom xogħol fuq termini ta’ part-time, filwaqt li 8% tal-irġiel kellhom impjieg part-time. 

L-akbar differenza bejn ħaddiema nisa u rġiel kienet irrappurtat fil-kategorija ta’ impjiegi primarji fosthom ta’ cleaners, helpers jew assistenti ta’ għajnuna fi kċejjen. Id-differenza kienet ta’ 29 punt perċentwali, b’47% tan-nisa impjegati fuq bażi part-time u 19% huma rġiel. 

29% ta’ dawk in-nisa li jaħdmu f’xogħol klerikali kienu impjegati fuq bażi part-time, u 9% kienu rġiel. 

Ġew irreġistrati numri inqas ta’ impjiegi part-time fost irwoli maniġerjali, 10% kienu nisa u 3% irġiel; u fost irwoli ta’ operaturi ta’ impjanti u magni li 12% kienu nisa u 4% irġiel. 

Ir-Rumanija, l-Bulgarija u l-Kroatja kienu l-iktar tlitt pajjiżi ewropej li rreġistraw persuni jaħdmu part-time, hekk kif irreġistraw inqas minn 5%. 

Mill-banda l-oħra, l-ogħla pajjiżi li rreġistraw persuni impjegati abbażi ta’ part-time kienu The Netherlands (64% nisa) u l-Iżvizzera (60% nisa) u l-Awstrija (50%).

More in Socjali