Il-Qorti tilqa' t-talba tal-Gvern biex ikun parti mill-kawża dwar il-konċessjoni tal-isptarijiet

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-gvern biex ikun parti mill-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista kontra l-Avukat tal-Istat dwar il-konċessjoni ta’ sptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare

Il-Qorti laqgħet it-talba tal-gvern biex ikun parti mill-kawża li fetaħ il-Partit Nazzjonalista kontra l-Avukat tal-Istat dwar il-konċessjoni ta’ sptarijiet pubbliċi lil Vitals Global Healthcare u Steward Healthcare.

F’sentenza mogħtija dalgħodu, is-Sur Imħallef Toni Abela qal li l-fatt li fil-każ issemmew żewġ membri tal-kabinett, jiġifieri l-Prim Ministru Robert Abela u l-eks ministru tas-saħħa Chris Fearne, ifisser li l-kabinett kellu interess ġudizzjarju dirett fl-eżitu tiegħu.

Il-Partit Nazzjonalista kien fetaħ il-kawża bil-għan li jiġu rkuprati flus pubbliċi mħallsa lil Vitals Global Healthcare, li aktar tard ġiet sostitwita minn Steward Healthcare, b’riżultat ta’ ftehim tal-2015. It-tmexxija tal-Isptar ta’ San Luqa, Karin Grech u dak Ġeneral ta’ Għawdex ukoll kienu jaqgħu taħt il-kumpanija.

Il-ftehim kien ġie annullat minn qorti fuq bażi ta’ frodi s-sena l-oħra, is-sentenza aktar tard ġiet ikkonfermata fl-appell. Il-Qorti tal-Appell ssuġġeriet li kien hemm kollużjoni, kif ukoll frodi.

Il-każ kien ippreżentat is-sena l-oħra mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u d-Deputat Nazzjonalista Deliaquddiem is-Sur Imħallef Abela. Huma talbu lill-qorti tordna lill-Avukat tal-Istat biex iressaq proċeduri kontra “uffiċjali tal-gvern preżenti u tal-passat involuti fil-ftehim”.

Id-deċiżjoni tal-imħallef eżaminat il-ġurisprudenza li ttrattaw il-kwistjoni dwar jekk għandhiex tħalli partijiet jidħlu fil-kawża jew le. Wieħed mir-rekwiżiti huwa li l-parti li titlob l-ammissjoni għandu jkollha interess fil-kawża kollha kemm hi, mhux biss fl-eżitu tagħha.

L-Oppożizzjoni kienet qed issostni li l-gvern qabeż il-mandat tiegħu, li l-Imħallef qal, ifisser li għandu jiġi ammess fil-każ sabiex issir ġustizzja mal-partijiet kollha involuti.

Id-deċiżjoni ngħatat fil-preżenza ta’ Bernard Grech, Adrian Delia, Robert Abela u l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri.

L-avukati Edward DeBono u Nicholas DeBono qed jirrappreżentaw lil Grech u Delia. L-Avukati James D'Agostino u Julian Farrugia qed jirrappreżentaw lill-Avukat tal-Istat. L-avukati Chris Cilia, Ian Borg u Maurizio Cordina qed jirrappreżentaw lill-gvern u lill-Kabinett.

More in Socjali