Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika għar-rifroma ‘Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga’

Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper ‘Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga’ hekk kif matul dawn l-aħħar ġimgħat saru diversi laqgħat ma' stakeholders fosthom is-Sedqa, il-Caritas u l-OASI,

Tagħlaq il-konsultazzjoni pubblika dwar il-White Paper ‘Ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga’ hekk kif matul dawn l-aħħar ġimgħat saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-istakeholders prinċipali.  

Il-lagħat saru ma’ diversi stakeholders, fosthom is-Sedqa, il-Caritas u l-OASI, kif ukoll laqgħat mal-pubbliku li urew rispons pożittiv f’konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma għal ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga.

Il-Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni laqa’ dan ir-rispons fuq riforma importanti li l-għan warajha hu bilanċ ġust u effettiv bejn l-interess tat-twettiq tal-ġustizzja u r-riabilitazzjoni ta’ vittmi tad-droga.

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard spjega li l-ammont notevoli ta’ sottomissjonijiet huma l-akbar prova ta’ kemm kienet neċessarja din ir-riforma. 

B’dan ir-rispons, se jkompli jsaħħaħ l-għan li tkun offruta ġustizzja aktar effettiva mal-vittmi tad-droga. 

Fl-istess, il-Gvern jibqa’ katalist ta’ riformi għal soċjetà aktar ġusta, ser ikompli jissokta bil-ħidma tiegħu kontra t-traffikar tad-droga. “Morna għand dawk li ta’ kuljum ikollhom kuntatt ma’ dawk li huma verament vittmi tad-dipendenza fuq id-droga. Dawn l-esperjenzi jżidu d-determinazzjoni tagħna li ma nsabbtux bibien f’wiċċ il-vittmi ġenwini ta’ din il-pjaga soċjali, li jixtiequ jirriabilitaw irwieħhom u saħansitra oħrajn li diġà bdew dan il-proċess biex itejbu ħajjithom”, saħaq il-Ministru Attard.

Attard sostna li dawk li ħarġu jappellaw biex ir-rifora tkun irtirata indunaw li hija waħda neċessarja 

More in Socjali