Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin b’laqgħa ta’ tliet ijiem għall-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji

Bejn il-jiem tal-Erbgħa u l-Ġimgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ospita l-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji ta’ Malta f’pajjiżna

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg ospita l-laqgħa annwali tal-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji ta’ Malta f’pajjiżna għal tliet ijiem.

Il-laqgħa serviet bħala pjattaforma biex jiġi rikonoxxut lir-rwol ċentrali tal-Ambaxxaturi u l-Konsli Onorarji u biex jiġu diskussi l-kisbiet li saru sa issa kif ukoll l-impenji prospettivi li ġejjin fuq l-isfera globali.

Borg enfasizza lir-rwoli kruċjali tal-Ambaxxaturi kif ukoll tal-Konsli Onorarji biex jinżammu l-aqwa relazzjonijiet diplomatiċi, fil-promozzjoni ta’ rabtiet kummerċjali u kulturali, u fl-għoti ta’ servizzi konsulari madwar id-dinja, b’mod rispettiv.

Ġie enfasizzat l-impenn proattiv ta’ Malta fl-affarijiet internazzjonali, partikolarment iċ-Chairpersonship tal-OSCE ta’ din is-sena u s-siġġu mhux permanenti tal-Kunsill ta-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. 

Borg ħabbar ukoll kif fiż-żmien li ġej Malta li se tkun qed tissottemetti b’mod uffiċjali l-applikazzjoni tagħha biex tissieħeb fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), u enfasizza l-benefiċċji potenzjali li dan se jġib għat-tiswir tal-politika internazzjonali u l-promozzjoni ta’ aktar opportunitajiet.

Dwar l-isfera ekonomika globali, il-Ministru Borg enfasizza r-reżiljenza u l-pjan strateġiku ta’ Malta biex tkompli tattira investiment barrani f’bosta setturi.

Fl-aħħar nett, Borg tkellem ukoll dwar id-dedikazzjoni ta’ Malta biex trawwem id-djalogu u l-kollaborazzjoni fuq kwistjonijiet Mediterranji, filwaqt li enfasizza l-importanza tas-sigurtà, l-istabbiltà, ir-reżiljenza, u l-prosperità fir-reġjun u lil hinn, liema huma l-prijoritajiet ewlenin li Malta qed tibbaża it-tmexxija taċ-Chairpersonship tal-OSCE fuqhom.

Matul din il-laqgħa l-Ambaxxatur ta’ Malta għall-Ukrajna John Debono ġie ppremjat bħala Ambaxxatur tas-Sena. Fl-istess ħin is-Sa Sephora Gauci kienet premjata bħala d-Diplomatika tas-Sena.

More in Socjali