Rosianne Cutajar tgħid li mhix se tkompli bil-proċeduri legali kontra Mark Camilleri

Permezz ta’ post fuq Facebook, hija kitbet li minħabba l-fatt li l-prijoritajiet a’ ħajjitja nbidlu, mhuwiex importanti li tkompli bil-proċeduri legali li kienet fetħet tliet snin ilu

Id-deputat Indipendenti Rosianne Cutajar qalet li mhix se tkompli bil-proċeduti legali li fetħet fl-2021 kontra Mark Camilleri dwar allegazzjonijiet li saru fuq il-ħajja privata tagħha fil-ktieb A Rentseeker's Paradise.

Permezz ta’ post fuq Facebook, hija kitbet li minħabba l-fatt li l-prijoritajiet a’ ħajjitja nbidlu, mhuwiex importanti li tkompli bil-proċeduri legali li kienet fetħet. Hija kompliet tikteb li dan qed tagħmlu b’rispett lejn familtha, inkluża bintha. 

Hija temmet tgħid li “l-ebda kumpens mill-Qorti ma jista’ jagħmel ġustizzja magħha wara l-azzjonijiet fi kliemha insensittivi u krudili li soffriet.”

Cutajar kienet irriżenjat mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista taħt pressjoni tal-pubblikazzjoni taċ-chats, li huma wkoll is-suġġett ta’ ksur ta’ ordni tal-qorti biex tissalvagwardja l-provi fil-każ kontra Fenech.

 

More in Socjali