Malta fost l-inqas pajjiżi li għandha problema fil-memorja u konċentrazzjoni fl-2022

Skont informazjzoni maħruġa mill-Eurostat, Malta kienet fost l-inqas pajjiżi b'popolazzjoni li għandha problema fil-memorja u konċentrzzjoni

Fl-2022, Malta spikkat fost l-inqas pajjiżi li għandhom problema ta' memorja u konċetrazzjoni, hekk kif irreġistrat li 6.5% biss tal-popolazzjoni tbati minnhom. 

L-istatistika maħruġa mill-Eurostat spjegat kif madwar l-Unjoni Ewropea (UE), 14.9% tal-individwi rrappurtaw li esperjenzaw diffikultà moderata jew severa biex jiftakru jew jikkonċentraw.

Fost il-pajjiżi tal-UE, l-ogħla ishma ta’ nies li jiffaċċjaw diffikultajiet ta’ memorja jew konċentrazzjoni ġew osservati fil-Finlandja (33.6%), id-Danimarka (26.7%), l-Olanda (26.0%), l-Isvezja (25.2%), u l-Estonja (24.9%). B’kuntrast, l-inqas perċentwali ġew irrappurtati f’Ċipru (5.7%), Malta (6.5%), l-Irlanda (7.3%), il-Bulgarija (7.9%), u l-Ungerija (8.0%).

Xejra notevoli ħarġet meta jitqies il-limitu tar-riskju tal-faqar (AROP). Madwar l-UE, 13.9% ta’ dawk li ma kinux f’riskju rrappurtaw diffikultajiet ta’ memorja jew ta’ konċentrazzjoni, filwaqt li ċ-ċifra żdiedet għal 19.9% għal nies f’riskju ta’ faqar. Malta żammet il-pożizzjoni favorevoli tagħha, u rrapportat l-inqas persentaġġ anke fost dawk f’riskju ta’ faqar.

Id-dejta żvelat disparitajiet sinifikanti fost il-pajjiżi tal-UE, b'xi nuqqasijiet ta' reġistrazzjoni li jaqbżu l-20 punt perċentwali f'diffikultajiet irrappurtati bejn individwi f'riskju ta' faqar u dawk mhux f'riskju. Il-Kroazja rrappurtat differenza ta’ 23.9 punti perċentwali, filwaqt li l-Estonja rreġistrat differenza ta’ 21.2 punti perċentwali.

More in Socjali