Bejn l-2018 u l-2022, wieħed minn kull erbgħa li jwelldu jkunu barranin

L-1996 irreġistra l-ogħla ammont ta’ twelid – total ta’ 5,038 tarbija 

Bejn wieħed u ieħor, bejn l-2018 u l-2022, wieħed minn kull erba’ persuni li welldu kienu ta’ nazzjonalità barranija.  

L-informazzjoni ġiet disponibbli waqt il-mistoqsijiet parlamentari tat-Tnejn li għadda meta l-MP Bernice Bonello staqsiet lill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana biex jgħid kemm twieldu trabi f’Malta u Għawdex fl-aħħar 30 sena, sena b’sena, u kemm minnhom twieldu minn nisa barranin fl-istess snin, sena b’sena. 

Mill-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ġie żvelat li l-1996 irreġistra l-ogħla ammont ta’ twelid, b’total ta’ 5,038, segwit mis-snin 1997 u 1998 b’total ta’ 4,848 u 4,669 rispettivament. Mill-banda l-oħra, l-inqas perjodu li twieldu persuni f’Malta kien bejn l-2004-2006, b’total ta’ 3,894, 3,858 u 3,767 rispettivament. 

Twelid ‘ħaj’ għall-perjodu 1996-2005 jirreferi għal kull twelid li jseħħ u ġie rreġistrat f’Malta. Twelid ‘ħaj’ mill-2006 ’il quddiem jirreferi wkoll għal kull twelid li seħħ u hu rreġistrat f’Malta
Twelid ‘ħaj’ għall-perjodu 1996-2005 jirreferi għal kull twelid li jseħħ u ġie rreġistrat f’Malta. Twelid ‘ħaj’ mill-2006 ’il quddiem jirreferi wkoll għal kull twelid li seħħ u hu rreġistrat f’Malta

L-istatistika indikat li mill-2011 l-ammont ta’ persuni barranin li welldu f’Malta żdied kull sena, hekk kif fl-2011 twieldu 384 tarbija, b’paragun mal-2022 fejn 1,260 barrani welled Malta. 

More in Socjali