57 ħanut ġdid tal-merċa daħlu fil-ftehim li laħaq il-Gvern dwar l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel

57 ħanut ġdid daħlu fil-ftehim dwar l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel parti minn inizjattiva li nieda l-Gvern ftit tal-jiem ilu; ftehim li jitratta tnaqqis ta' 15% mill-prezz ta' erba’ mitt prodott essenzjali

57 ħanut tal-merċa ngħaqdu mal-200 stabbiliment li diġa jiffurmaw parti mil-lista ta’ ħwienet li huma parti minn inizjattiva li nieda l-Gvern ftit tal-jiem ilu li titratta stabbiltà fil-prezzijiet tal-ikel. 

Mill-ewwel ta’ Frar ’il quddiem, permezz ta' dan il-ftehim qed jiġi garantit stabbiltà fil-prezzijiet ta’ erba’ mitt prodott essenzjali. 

Dan qaluh il-Ministru Silvio Schembri u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Clint Azzopardi Flores waqt konferenza tal-aħbarijiet. 

Schembri spjega kif dan il-ftehim ntlaħaq billi l-Gvern ra x’kien il-prezz tal-bejgħ rakomandat fl-aħħar ta’ Ottubru u bdew in-negozjati biex dak jonqos bi ħmistax fil-mija.

Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Clint Azzopardi Flores saħaq li l-Gvern għal darb’oħra reġa’ wera kemm hu pro-attiv u li kapaċi jġib stabbiltà f’kuntest tal-akbar sfidi b’mod globali.

More in Socjali