Il-vittmi ta' Dar Lourdes jirrifjutaw l-apoloġija mill-knisja ta' Għawdex, 'lanqas kienet ippersonalizzata'

Vittmi ta’ abbuż fl-orfanatrofju tad-Dar ta’ Lourdes ma jaċċettawx l-apoloġija maħruġa mill-knisja Għawdxija fl-2008 wara li investigazzjoni sabet ħażen fl-imġieba li tinvolvi minorenni; waħda mill-vittmi qalet li l-apoloġija kienet kopja ta’ stqarrija stampa

L-eks Isqof t’Għawdex u Kardinal Mario Grech (lemin) u l-eks Isqof t’Għawdex Nikol Cauchi
L-eks Isqof t’Għawdex u Kardinal Mario Grech (lemin) u l-eks Isqof t’Għawdex Nikol Cauchi

Il-vittmi ta’ abbuż fl-orfanatrofju tad-Dar ta’ Lourdes ma jaċċettawx l-apoloġija li ħarġet il-knisja Għawdxija fl-2008 wara li investigazzjoni sabet xi ħażen.

F’intervista mal-MaltaToday, waħda mill-vittmi, Carmen Muscat qalet li l-apoloġija “lanqas kienet ippersonalizzata” imma kienet kopja ta’ stqarrija stampa. 

Fl-1999, il-vittmi ħadu d-deċiżjoni li jmorru għand l-ogħla awtorità tal-knisja Għawdxija – l-isqof Nikol Cauchi. Cauchi kien ħoloq kummissjoni inkarigata li tinvestiga l-każ, bil-vittmi jibagħtu ittri ddettalji ta’ dak li kienu għaddew. L-allegazzjonijiet kienu jikkonċernaw lil Swor Josephine Anne Sultana u Swor Dorothy Mizzi, bejn il-perjodu ta’ 12 ta’ Diċembru 1975 u t-30 ta’ Ottubru 1984 meta Swor Carmelita Borg kienet Madre Superjura.

Iżda għal aktar minn seba’ snin, il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni nżammu fil-moħbi, u kienu ġew żvelati waqt investigazzjoni konġunta mill-Malta Independent u Bondi+ fl-2006. 

L-investigazzjoni kkonkludiet li l-allegazzjonijiet kienu “infondati”.

Wara li l-ġurnalisti tefgħu dawl ġdid fuq il-każ, il-Kardinal Mario Grech, li dak iż-żmien kien Isqof ta’ Għawdex, fetaħ inkjesta mmexxija mill-Imħallef irtirat Victor Caruana Colombo.

L-inkjesta kkonkludiet sentejn wara sabet li imġieba inammissibbli li tinvolvi minorenni kienet seħħet f’Dar Lourdes. 

Fi stqarrija qasira bit-titlu “Nitlob maħfra”, Mons Grech spjega li l-kummissjoni li twaqqfet mill-Kurja kienet laħqet “il- konklużjoni li f’xi każijiet partikolari, kien hemm imġieba inammissibbli li tinvolvi minorenni li qatt ma kellha ssir.”

Barra minn hekk, żied jgħid, il-kummissjoni ppreżentat ukoll "xi rakkomandazzjonijiet li jiżguraw li abbuż bħal dan qatt ma jerġa' jseħħ". L-istqarrija tal-Kurja ta’ Għawdex ma qalitx x’kienu r-rakkomandazzjonijiet u r-rapport qatt ma ġie ppubblikat.

Il-vittmi spjegaw ir-rabja u l-frustrazzjoni li ħassew meta rċevew l-hekk imsejħa apoloġija mill-isqof, li kienet kopja ta’ stqarrija stampa li kienet inbagħtet lill-midja.

“Ma naċċettax dik l-apoloġija. L-abbuż ma sarx minnu; hi abbużatna, għandha twieġeb għal dak li għamlet,” tgħid Roseanne Saliba, vittma oħra. 

Hija kompliet tgħid fl-intervista li għalkemm kienet jafu bl-abbuż, xorta waħda ma ttieħdux il-passi meħtieġa. “Għadhom qed jaħdmu mal-anzjani, imexxu l-Ordni. Dan kif jagħmel sens?” qalet Saliba. 

Hija stqarret fl-intervista li għalkemm l-inkjesta bdiet tajjeb, ma spiċċatx daqshekk tajjeb, tali punt lanqas ħadd ma staqsieha kif inhi. 

Vittma oħra, b’isem fittizju ta’ Mary Borg ittimbrat id-djoċesi bħala “mafja”. 

B’ton ta’ rabja, Borg qalet li s-sorijiet setgħu għinuho, imma lanqas tawhom apoloġija xierqa. “X’ġustizzja hija dik?”, filwaqt li kompliet tgħid li fl-orfanotrofju kellhom imperu ta’ predaturi, u huma kienu l-priża. 

Il-vittmi ngħaqdu flimkien u mal-avukat tagħhom Lara Dimitrijevic ħadu l-ġlieda tagħhom fl-ogħla qorti tal-pajjiż biex jieħdu il-ġustizzja li ħaqqhom. 

Qegħdin ifittxu lill-Istat talli naqas milli jipproteġihom meta kienu minorenni.

Carmen qalet li tant ilhom ifittxu għall-ġustizzja wara tant żmien li l-veritá baqgħet mistura, “"Ħaqqhom jinżammu maqfula l-ħabs."

More in Socjali