497 każ ta’ divorzju kontra 2,036 każ ta’ żwieġ fl-2023

Waqt seduta parlamentari rriżulta li fl-2023, Malta rat 497 każ ta’ divorju, bi 17 minnhom f’Għawdex. Filwaqt li statistika maħruġa minn Identità żvelat li fl-2023 ġew irreġistrati 2,036 każ ta’ żwieġ 

Minn mistoqsija parlamentari ġie żvelat li matul l-2023, f’Malta kien hawn 497 każ ta’ divorzju.  

Nhar l-Erbgħa, il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, Jerome Caruana Cilia għamel din il-mistoqsija lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, Jonathan Attard waqt seduta parlamentari.  

Bħala risposta, Attard wieġeb illi fis-sena ta’ qabel, f’Malta seħħew 480 każ ta’ divorzju, filwaqt li f’Għawdex ġew irreġistrati 17-il każ minnhom.  

Mill-banda l-oħra, statistika maħruġa minn Identità, żvelat li fl-2023 ġew irreġistrati 2,036 każ ta’ żwieġ. Dan juri li kien hemm tnaqqis ta’ 201 tieġ meta mqabbel mal-2022 (2,237 każ ta’ żwieġ irreġistrati).  

Ħaġa notevoli hi li fl-2023, ma ġiet irreġistrata l-ebda unjoni ċivili. 

Intant, kien hemm 36 każ ta’ koabitazzjoni meta mqabbla mal-31 reġistrati fl-2022. 

More in Socjali