Il-kandidati mill-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet Ewropej 2024

L-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej ġew imħabbra li se jseħħu mis-6 sad-9 ta’ Ġunju 2024, u hekk kif iż-żmien qed joqrob, il-Partit Nazzjonalista ħabbar min huma l-kandidati li se jikkontestaw f’din l-elezzjoni. Se nagħtu ħarsa lejn min huma l-kandidati Nazzjonalisti u nsiru nafuhom ftit iktar

Roberta Metsola 

Roberta Metsola naqqxet isimha fil-politika Ewropea, wara li laħqet il-kariga ta’ President tal-Parlament Ewropew minn Jannar 2022, bħala l-iżgħar President u l-ewwel President mara fit-18 ta’ Jannar.  

Il-vjaġġ politiku tagħha beda fl-2013 meta ġiet eletta bħala Membru tal-Parlament Ewropew (MEP), u telgħet għall-irwol tal-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew f’Novembru 2020.   

Metsola studjajt fl-Università ta’ Malta, iggradwat fil-liġi, u kisbet diploma fl-istudji Ewropej mill-Kulleġġ tal-Ewropa fi Bruges fl-2004.  

Tul il-karriera tagħha, hi impenjat ruħha b’mod attiv politikament f’diversi gruppi ta’ żgħażagħ u studenti wassalha għal rwoli prominenti fi ħdan l-Istudenti Demokratiċi Ewropej (EDS) u l-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej (YFJ). 

Metsola pparteċipat f’kumitati parlamentari ewlenin, li ffukaw fuq il-libertajiet ċivili, il-ġustizzja, u l-affarijiet interni. Il-kontribuzzjonijiet tagħha jinkludu xogħol fuq leġiżlazzjoni kruċjali li tindirizza kwistjonijiet bħall-omofobija, id-diskriminazzjoni, il-kriżi tal-migranti Ewropej, u r-regolamenti tal-gwardji tal-fruntieri u tal-kosta. 

David Casa

David Casa, Membru attwali tal-Parlament Ewropew, ġabar l-attenzjoni għar-rwol ċentrali tiegħu fit-tmexxija tal-inizjattivi soċjali u klimatiċi tal-UE, b’impatt sinifikanti fuq it-tfassil tal-politika fi ħdan l-Unjoni Ewropea. 

Casa kien parti mid-diskussjonijiet ta’ proposti ta’ bosta biljuni ta’ ewro biex jintegraw miżuri ta’ ġustizzja soċjali fi ħdan il-pakkett tal-UE dwar il-klima ‘Fit-for-55’, li jallinja mal-Patt Ekoloġiku Ewropew. 

Kisbiet reċenti tiegħu jinkludi n-negozjar b’suċċess ta’ leġiżlazzjoni bħad-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja fl-2019. Barra minn hekk, in-negozjati ta’ Casa dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus fl-2021 wittew it-triq għall-iskjerament ta’ €88 biljun sostanzjali bejn l-2021 u l-2027.  

Bħala Kwestur, huwa kellu rwol sinifikanti fit-twaqqif tal-Premju Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu. 

Il-mandat tiegħu fil-Parlament Ewropew ra involviment attiv f’diversi kumitati, fosthom bħala kordinatur tal-PPE għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (EMPL) u bħala membru tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Media, u meta mexxa l-Premju inawgurali ta’ Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu fl-2021, kif ukoll waqt il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Parlament għall-Politika ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni.

L-involviment attiv tiegħu fil-‘Moviment Iva għall-Ewropa’ u l-irwoli ta’ konsulenza fi kwistjonijiet tal-UE matul l-adeżjoni ta’ Malta fl-UE sawru l-fehim profond tiegħu tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea.

Peter Agius 

Peter Agius għandu 43 sena u jaħdem fi Brussell bħala avukat u negozjatur tal-liġi Ewropea u qabel kien imexxi l-Uffiċċju tal-Parlament tal-UE f’Malta u serva fil-kabinett tal-Eks President tal-Parlament tal-UE Antonio Tajani.

Fuq is-sit uffiċjali tiegħu, Agius identifika l-viżjoni tiegħu, li hija maqsuma f’erba’ partijiet; l-agrikultura, Għawdex u l-fondi Ewropej, l-edukazzjoni għaż-żgħażagħ u l-għalliema, u l-UE għan-negozji u l-industrija.

Fil-kampanja tiegħu Agius jiddeskrivi seba’ inizjattivi ewlenin li jwiegħed li jmexxi jekk jikseb mandat fil-Parlament Ewropew, bl-għan li jagħti riżultati konkreti fl-ewwel sena tiegħu fil-kariga. 

 Dawn jinkludu; għajnuna lill-produtturi legali, iktar programmi tal-Erasmus+, traineeships, u edukazzjoni barra l-pajjiż, żvilupp nazzjonali, investimenti usa’ fir-riċerka u innovazzjoni, servizz pubbliku iktar b’saħħtu, protezzjoni tal-identità Maltija, għajnuna lil negozji żgħar biex jimirħu, u l-isfidi tal-immigrazzjoni.

David Agius  

David Agius ġie elett fil-Parlament ta’ Malta fl-elezzjoni ġenerali tal-2003 u ilhu jitla' fil-Parlament sal-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2022. Preżentement huwa d-Deputat Speaker tal-Parlament, kif ukoll Shadow Minister għall-Iżvilupp Soċjali. 

Wara li daħal fil-politika bħala President tal-Għaqda Studenti Demokristjani Maltin (SDM), Agius ingħaqad fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Il-mandat ta’ Direttur tal-Informazzjoni u diversi rwoli fi ħdan il-partit, laħqu l-qofol bil-Viċi Presidenza tiegħu fl-UE tal-Ħaddiema Demokratiċi Kristjani.

Fl-2001 kien ġie elett fil-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard, u fl-2003 sar Membru Parlamentari – pożizzjoni li żamm f’ħames elezzjonijiet ġenerali konsekuttivi. 

Agius serva f’diversi Kumitati Parlamentari u okkupa l-kariga ta’ Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista mill-2017 sal-2022.  

B’karriera politika mifruxa fuq għoxrin sena, l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2024 tindika bidla potenzjali fit-trajettorja politika tiegħu, fejn jaffaċċja deċiżjoni sinifikanti bejn li jżomm il-pożizzjoni tiegħu fil-Parlament Malti jew li jċedih favur il-pożizzjoni tiegħu fil-Parlament Ewropew.   

Miriana Calleja Testaferrata de Noto

Miriana Calleja Testaferrata de Noto hija avukata ta’ 28 sena, b’fokus ewlieni fuq id-drittijiet tal-bniedem. Hija kisbet Grad ta’ Baċellerat fl-Istudji Ewropej, filwaqt li gradwat bi Grad ta’ Baċellerat fil-Liġi u anke Masters. 

Testaferrata de Noto ilha involuta fil-qasam politiku għal dawn l-aħħar 10 snin. Fil-fatt hija kienet il-President tal-Membri Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista (MŻPN) iżda ħarġet mill-kariga tagħha biex issegwi kandidatura fl-elezzjonijiet tal-MEP mal-Partit Nazzjonalista. 

Matul is-snin akkademiċi tagħha, Testaferrata de Noto kellha diversi rwoli, fosthom ta’ President, Viċi President u Uffiċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi fi ħdan l-Organizzazzjonijiet tal-Istudji Ewropej – ESO. Barra minn hekk, Miriana kienet ukoll avukata voċifera għas-saħħa mentali f’dawn l-aħħar snin.

Norma Camilleri  

Norma hija l-Kap Eżekuttiv ta’ Federazzjoni lokali li tissorvelja 17-il organizzazzjoni multiprofessjonali. 

It-tmexxija ta’ Norma tmur lil hinn mill-oqsma professjonali, evidenti fl-irwoli tagħha bħala President tal-Assoċjazzjoni Ewropea tat-Terapija tad-Diskors u l-Lingwa (ESLA) u President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Patologi tal-Ispeech-Language (ASLP). Hija kienet ukoll Teżorier tal-ESLA. 

Norma tappoġġja gruppi vulnerabbli, u tenfasizza l-benessri mentali bħala element integrali għall-benessri tas-soċjetà u l-prosperità ekonomika. Is-sostenn tagħha jestendi għall-promozzjoni ta’ kura tas-saħħa u drittijiet aċċessibbli għall-anzjani u l-pensjonanti, filwaqt li tfaħħar lill-Organizzazzjonijiet Volontarji. 

Il-kampanija ta’ Camilleri tisħaq fuq l-importanza li tinkorpora valuri ta’ opportunità, appoġġ u titjib kontinwu.  

LouiseAnne Pulis 

LouiseAnne Pulis hija Avukat u għandha Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u l-Proċess Demokratiku. Fost l-ogħla prijoritajiet ta’ Pulis hemm l-istat tad-demokrazija u s-Saltna tad-Dritt, kif ukoll l-ambjent. 

Pulis vuċi għad-diskriminazzjoni u l-istigma li għadhom jiffaċċjaw individwi b’diżabilitajiet intellettwali, psikoloġiċi u mentali. Għandha l-għan li tiffoka l-impenn tagħha fuq it-trawwim ta’  għarfien akbar, u favur l-implimentazzjoni ta’ liġijiet b’saħħithom.  

Il-prijoritajiet tagħha jallinjaw mal-iżvilupp sostenibbli, u tiżgura li jsir tkabbir tas-settur privat kif ukoll l-avvanzi infrastrutturali jkunu ekoloġikament vijabbli.  

Pulis għandha l-ħsieb li timbotta għas-sostenibbiltà fl-aspetti kollha tal-iżvilupp, b’mod partikolari meta l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima titlob urġenza li tkun indirizzata.  

Il-pjattaforma tagħha tfittex li tiżgura li l-liġijiet u r-regolamenti mhumiex biss kunċetti teoretiċi iżda li jkunu infurzati b’mod attiv, u li jżommu lil kull min jiksirhom responsabbli. 

 LouiseAnne Pulis tippreżenta lilha nnifisha bħala katalista għall-bidla – vuċi favur is-salvagwardja tad-drittijiet, l-ambjent, u l-qerda tad-diskriminazzjoni soċjali. L-impenn tagħha għal ġejjieni aktar ġust u sostenibbli jservi bħala l-pedament tal-kandidatura tagħha. 

More in Socjali