Il-festa Maltija issa fuq il-lista tal-UNESCO

Dan tħabbar waqt it-18-il sessjoni tal-Kumitat Intergovernattiv għall-Ħarsien tal-Patrimonju Intanġibli tal-Umanità

Il-festa Maltija ġiet rikonoxxuta bħala Wirt Intantiġġbli tal-Uminità mill-UNESCO.

Id-deċiżjoni ttieħdet fil-Botswana, waqt it-18-il sessjoni tal-Kumitat Intergovernattiv għall-Ħarsien tal-Patrimonju Intanġibli tal-Umanità.

Ir-rakkomandazzjoni kienet faħħret ukoll lil Malta għal filmat eċċellenti li wera kunsens wiesa' mill-komunitajiet konċernati. Il-kumitat kien ikkumplimenta wkoll lil Malta għal “miżuri ta’ salvagwardja li juru l-inklużjoni ta’ persuni b’diżabilità”.

Fuq il-midja soċjali, il-Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali u l-Arti qal li din hija “abħar sinifikanti” għal-kultura Maltija.

Il-festa tingħaqad mal-ftira Maltija u l-għana, li kien ingħata rikonoxximent simili fil-passat.

More in Socjali