NAO jinvestiga jekk il-kuntratt bejn Rosianne Cutajar u l-ITS kienx abbuż ta' fondi pubbliċi

Diversi sorsi ta’ evidenza indikaw li l-kuntratt ta’ impjieg kien datat b’lura, fit-28 ta’ Marzu 2023, iċ-Chair Alternattiva Demokratika Partit Demokratiku talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) biex jinvestiga jekk il-kuntratt ta’ impjieg li sar mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ma’ Rosianne Cutajar kienx abbuż ta’ fondi pubbliċi hekk kif il-ħidma tagħha bħala Konsulent kienet fqira

Fit-28 ta’ Marzu 2023, iċ-Chair Alternattiva Demokratika Partit Demokratiku talab lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) biex jinvestiga jekk il-kuntratt ta’ impjieg li sar mill-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ma’ Rosianne Cutajar kienx abbuż ta’ fondi pubbliċi.

Il-kuntratt bejn il-Kap Eżekuttiv tal-ITS u Cutajar, għal kariga ta’ Konsulent, kien iddatat it-2 ta’ Mejju 2019.

l-NAO jgħid li diversi sorsi ta’ evidenza indikaw li l-kuntratt ta’ impjieg kien datat b’lura. Għalkemm il-Kap Eżekuttiv ITS u l-Konsulent ippruvaw jispjegaw dawn l-anomaliji, il-konverġenza tad-diversi sorsi ta’ evidenza saħħet it-tħassib tal-NAO li l-kuntratt kien datat b’lura mill-inqas b’xahar u għalhekk kien irregolari.

Id-dmirijiet kienu jinkludu appoġġ strateġiku u operazzjonali, tfassil ta’ standards u indikaturi marbuta mal-prestazzjoni tal-Istitut, rappreżentanza tal-ITS u l-immaniġġjar ta’ partijiet interessati, l-abbozz u r-reviżjoni ta’ dokumenti finanzjarji, u l-infurzar tal-linji gwida legali u politiki interni.

Minkejja t-talbiet tal-NAO għall-informazzjoni u r-reviżjoni tad-dokumenti relatati, ma nstab l-ebda sors.

Skont l-NAO, fil-minuti kollha tal-Bord, ma kien hemm l-ebda referenza għall-eżistenza u l-attività tal-Konsulent, li baqgħu mistura mill-Bord matul il-perjodu tal-impjieg. 

Il-Kap Eżekuttiv ITS sostna li l-ħtieġa li jiġi ingaġġat konsulent, il-funzjonijiet u d-dmirijiet li kellhom jiġu assenjati, u r-remunerazzjoni pagabbli ġew diskussi mal-Uffiċċju tat-Tmexxija Eżekuttiva tal-Istitut; madankollu, ma ġiet ipprovduta l-ebda dokumentazzjoni li tissostanzja dan.

L-NAO stabbilixxa li l-impjieg tal-Konsulent ma sarx skont ir-regolamenti li jirregolaw rekultaġġ f’termini ta’ impjieg ordinarju jew f’termini ta’ individwi ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja.

Il-perspettivi diverġenti tal-Kap Eżekuttiv ITS u taċ-Chief of Staff tal-Ministru għat-Turiżmu jqanqlu d-dubju. Il-Kap Eżekuttiv ITS sostna li wara “konsultazzjoni mal-Ministeru”, Cutajar kienet meqjusa bħala l-kandidata idonea.

Min-naħa l-oħra, iċ-Chief of Staff sostna li l-kontribut tas-Segretarjat tal-Ministru ma kienx jestendi “lil hinn minn sempliċi notifika tal-post battal lil kandidat, jew kandidat potenzjali lil min iħaddem”.

Kumplikazzjoni oħra kienet li l-Ministru għat-Turiżmu ma ftakar xejn dwar dan l-impjieg. Minkejja dan, l-ITS, bħala l-entità li qiegħda tħaddem, kien fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għan-nuqqasijiet fl-awtorizzazzjoni, il-ġustifikazzjoni u r-rappurtar ta’ dan l-ingaġġ, liema nuqqas irriżulta meta l-Istitut ma mexiex mar-regolamenti li kienu jiżguraw sorveljanza u governanza xierqa ta’ impjiegi mħallsa minn fondi pubbliċi.

Għalkemm l-esperjenza professjonali u politika ta’ Cutajar, NAO kellha tħassib tagħha dwar aspetti oħra tax-xogħol mistenni minn Cutajar, ma kienx evidenti li hi kellha l-għarfien meħtieġ, partikolarment f’dak li għandu x’jaqsam ma’ funzjonijiet ta’ natura finanzjarja u legali.

Filwaqt li l-NAO jirrikonoxxi li ċertu xogħol jista’ ma jirriżultax f’dokumentazzjoni, it-tip ta’ xogħol mogħti lil Cutajar kellu jiġġenera evidenza ta’ ħidma u informazzjoni dwar avvenimenti u laqgħat li wieħed ikun involut fihom.

Fil-każ tal-Konsulent, l-NAO saħaq li n-nuqqas assolut ta’ evidenza ta’ ħidma jitfa’ dubju fuq ix-xogħol li sar. Il-ħidma fqira tal-Konsulent, jekk xejn, taggrava t-tħassib dwar in-negliġenza ta’ dawk kollha involuti f’dan l-impjieg fażul imħallas minn fondi pubbliċi.

Cutajar irriżenjat mill-kariga ta’ Konsulent fit-13 ta’ Jannar 2020, mal-ħatra tagħha bħala Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi. Waqt l-impjieg tagħha, Cutajar qalgħet dħul gross ta’ €19,195. Minbarra l-impjieg tagħha mal-ITS, fl-2019, Cutajar kellha dħul ta’ €43,777 mill-kariga tagħha bħala Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija u €26,165 bħala Membru Parlamentari. Aggregat mat-€18,190 li qalgħet fl-2019 bħala Konsulent, il-qligħ totali tagħha f’din is-sena kien jammonta għal €88,132. Dan id-dħul kien iktar mill-€74,000 iddikjarati lill-Parlament Cutajar b’€14,132.

More in Socjali