Maria Formosa tirbaħ il-premju 'Il-Mara tas-Sena'

Il-premju kien organizzat mill-kumpanija Mvintage

Maria Formosa rebħet l-ewwel edizzjoni tal-premju 'Il-Mara tas-Sena' organizzat mill-kumpanija Mvintage.

Formosa hija mart Bjorn u ħafna jammiraw il-ħidma tagħha f'Dar Bjorn u anke l-pazjenti kollha li jitolbu l-għajnuna tagħhom.

Fuq Facebook, Maria qalet li tiddedika dan il-premju lil dawk in-nisa kollha li kontinwament iħobbu u joffru l-appoġġ tagħhom lil dawk għeżież għalihom.

Qalet li hija onorata u rringrazzjat lil dawk kollha li kontinwament juru l-imħabba u l-appoġġ magħha.

Agħfas hawn biex taqra l-intervista li ftit tal-ġimgħat ilu l-gazzetta ILLUM kellha ma' Maria Formosa

More in Socjali