Filmat | Għin lil Bjorn jagħmel l-aħħar sforz biex jiftaħ it-tieni dar għall-pazjenti bl-ALS

Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex u t-tieni Dar Bjorn tista' tagħmel il-ħajja ta' ħafna minn dawn il-pazjenti aktar faċli

Minkejja l-pandemija u l-problemi li ġabet magħha, Bjorn Formosa u t-tim tiegħu baqgħu għaddejin bil-ħidma tagħhom bil-għan li mill-aktar fis possibbli tinfetaħ it-tieni Dar Bjorn, iddedikata lil dawk il-persuni li jbatu bl-ALS iu mard newroloġiku ieħor.

Fil-fatt, il-proġett ta’ DAR Bjorn il-ġdida, li tinsab f’Ħaż-Żebbuġ, miexi ġmielu u jonqos l-aħħar ftit sforz biex jinġabru l-fondi biex id-dar timtela b’għamara, tgħamir eletroniku u kull tip ta’ furnishings li għandna bżonn. 

Din id-dar ser tkun mgħammra bl-aqwa teknoloġija sabiex pazjent b’ALS ikun jista’ jgħix b’mod indipendenti kemm jista’. Fost oħrajn, id-dar se jkollha indoor pool biex jintuża għat-terapija kif ukoll se jkun hemm fihakappella biex ikun hemm funzjonijiet reliġjużi għall-pazjenti.

Id-dar se tinkludi wkoll gym biex iservi ta’ eżerċizzju għar-residenti. Din id-dar ser tiffaċilta l-ħajja ta’ ħafna pazzjenti b’ALS. 

L-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din id-dar se ssir nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru bl-isem ‘926 to finish.’ 9 jirrapreżenta x-xahar tal-avveniment, u 26 hija d-data. L-isem jirrapreżenta s-somma ta’ kemm fadal jinġabru flus sabiex DAR Bjorn il-ġdida tkun possibli. 

“Il-lista ta’ persuni li qed jistennew b’ħerqa kbira li din id-dar ser tinfetaħ ma tispiċċa qatt. Il-pazjenti kollha li qed jitolbu l-għajnuna minn ALS Malta qegħdin jiġu pprovduti tgħamir elettroniku u servizzi ta’ kura u terapiji b’xejn. Bħalissa ALS Malta qed tgħin ‘il fuq minn 200 pazjent madwar Malta u Għawdex,” spjega Bjorn.

Il-proġett ta’ DAR Bjorn se ikun qed jiswa €5.5 miljuni li minnhom 85% inġabru, bis-saħħa ta’ maratoni li għamilna tul is-snin, attivitajiet żgħar u bejgħ ta’ prodotti minn www.maltaoutlet.com 

Anke jekk il-maratona fadlilha, minn issa tista’ tgħin billi:

Iċċempel fuq:

5170 2016 - Euro 15

5100 2017 - Euro 20

5180 2018 - Euro 25

Tibgħat SMS:

5061 9271 - Euro 11.65

5061 8936 - Euro 6.99

Jew tibgħat donazzjoni bil-BOV Mobile pay fuq in-numru 79096249

More in Socjali