L-Istrina 2020 suċċess mill-ġdid ... jinqabżu is-€6.2 miljun tal-2019 fil-festa ta' solidarjetà

Il-Maltin u l-Għawdxin jerġgħu jirrkorru minn qalbhom għall-Istrina u jiġbru miljuni għall-Malta Community Chest Fund

Il-mument li intlaħqu is-€6 miljuni - għall-ħabta tal-10:45 p.m
Il-mument li intlaħqu is-€6 miljuni - għall-ħabta tal-10:45 p.m

Il-ġabra annwali tal-Istrina reġgħet kienet suċċess kbir bil-Maltin u l-Għawdxin, kif ukoll mijiet ta' kumpaniji, jerġgħu jirrikorru minn qalbhom biex jgħinu lill-Malta Community Chest Fund li tgħin tant u tant nies li jkunu għaddejjin minn mumenti diffiċli. 

Bħal dejjem l-Istrina bdiet f'nofsinhar u kienet festa ta' kuluri, zfin u appelli biex in-nies jagħtu minn qalbhom ħalli aktar nies ikunu jistgħu jinfgħataw l-kura, uħud minnhom barra mill-pajjiż. 

Sa madwar siegħa qabel ma għalqet l-Istrina kienet diġa' nqabżet is-somma ta' €6.2 miljun, li huwa t-total li ġie miġbur fl-Istrina ts-sena l-oħra.

Inti! Ċempilt? Jekk le, tista' ċċempel hawn!

Ċempel

€50 - 5190 2030

€25 - 5180 2012

SMS

€11.65 - 5061 9201

BOV Banking

7935 9565

Pledge

21262626

 

More in Socjali