Mexxejja minn madwar id-dinja - inkluż Robert Abela - jgħaddu l-awgurju fl-ewwel jum tar-Ramadan

Illum jibda l-ewwel jum uffiċjali tar-Ramadan.  Imma dan x'inhu? 

Illum jibda r-Ramadan
Illum jibda r-Ramadan

Mil-lum miljuni ta' persuni Musulmani madwar id-dinja jibdew ix-xahar ta' sawm msejjaħ ir-Ramadan u mal-bidu uffiċċjali tiegħu llum diversi mexxejja minn madwar id-dinja għaddew messaġġi lill-komunità Musulmana, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela f'pajjiżna.

"Għal miljiuni madwar id-dinja dan ix-xahar qaddis huwa opportunità biex iġeddu u jsaħħu l-fidi permezz ta' sawm, talb, meditazzjoni riflettiva, karità u l-qari tal-Quran... dawn l-affarijiet huma viċin l-valuri universali tal-paċi, tjubija, imħabba u rispett lejn l-oħrajn.  Fl-aħħar xhur rajna kemm il-qawwa tat-talb hija importanti fi żmien ta' sfida." 

Anke l-kandidat Demokratiku għall-elezzjoni Presidenzjali Amerikana Joe Biden għadda l-awgurju tiegħu lil miljuni ta' familji li qed josservaw dan ix-xahar. 

L-istess il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau b'filmat fuq YouTube.. 

F'Malta wkoll il-PM Robert Abela bagħat l-awgurji tiegħu lill-komunità Musulmana f'Malta bil-kliem 'Ramadan Mubaarak', li jfisser 'Ir-Ramadan imqaddes'.

Fil-qosor:  X'inhu Ramadan?

Ir-Ramadan huwa d-disa' xahar fil-kalendarju Iżlamiku osservat minn Musulmani madwar id-dinja bħala x-xahar tas-sawm, talb u riflessjoni.  Iż-żmien huwa meqjus bħala kommemorazzjoni tal-ewwel rivelazzjoni lill-Profeta Muhammad.  L-osservanza annwali tar-Ramadan huwa meqjus bħala wieħed mill-ħames pilastri tal-Iżlam u jdum għaddej 29 jew 30 jum.

Is-sawm jibda ma' tlugħ ix-xemx u jieqaf fi nżul ix-xemx għall-adulti kollha ħlief dawk morda, tqal, dijabetiċi jew oħrajn b'xi kundizzjonijiet. 

L-ikla ta' qabel tlugħ ix-xemx hija meqjusa bħala suhur jew sahoor, filwaqt li l-ikla ta' filgħaxija hija meqjusa bħala iftar jew fatoor. 

More in Socjali