Malta għandha 8 pazjenti oħra bil-coronavirus; 44 persuna issa fiequ għal kollox

Żewġ pazjenti għandhom 'il fuq minn 20 sena u tnejn minnhom huma residenti taċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far

Supretendent tas-Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci qalet li fl-aħħar 24 siegħa saru 1,041 test u minnhom tmien pazjenti rriżultaw fil-pożittiv. B'hekk sa issa Malta kellha t-total ta' 378 każ.

Waqt l-aġġornament ta' kuljum, Charmaine Gauci kkonfermat li fiequ 28 pazjent ieħor biex hekk total ta' 44 persuna fiequ mill-coronavirus. Hemm minnhom li xorta għadhom għaddejin bil-kwarantina.

Minn dawn, każ wieħed huwa relatat ma' safar, filwaqt li żewġ pazjenti oħra huma residenti fiċ-Ċentru Miftuħ ta' Ħal Far li bħalissa jinsab magħluq u r-residenti taħt kwarantina.

Żewġ pazjenti oħra għandhom 'il fuq minn 70 sena u wieħed minnhom huwa Għawdxi.

Il-każi l-ġodda:

  • Malti ta' 61 sena li kien qiegħed l-Ingilterra u rritorna lura fid-9 ta' April. Kellu sintomi meta kien l-Ingilterra. Għalhekk qed isir kuntatt mal-passiġġiera li kienu miegħu fuq l-ajruplan.
  • Maltija ta' 58 sena. Taħdem ma' familja iżda ma kinitx qed tmur għax-xogħol. Xorta sar contact tracing ma' din il-familja u anke l-familja tal-pazjenta.
  • Malti ta' 37 sena. Ma kienx qed jaħdem u qed isir contact tracing mal-familja tiegħu
  • Maltija ta' 50 sena. Kellha ħafna sintomi, fosthom dijareja, uġigħ fil-griżmejn. Ma kinitx qed taħdem u qed isir contact tracing mal-familja tiegħu
  • Malti ta' 73 sena. Kellu griżmejh u mukoli juġawh. Ma għandux kuntatti.
  • Għawdxi ta' 74. Kellu biss sintomi ħfief. Sau ukoll test fuq martu li wkoll kellha sintomi ħfief iżda ħarġet negattiva.
  • Żewġ residenti taċ-Ċentri Miftuħ ta' Ħal Far. Bdew isiru diversi testijiet fuq ir-residenti. Ilbieraħ saru 23 test u minnhom żewġ residenti rriżultaw pożittiv. Dawn ma kellhom l-ebda sintomi. Il-pazjenti għandhom 21 u 25 sena.

More in Socjali