F'stqarrija li ħareġ l-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal, qal li hu għamel u qed jagħmel sforz qawwi biex jaqbeż għat-tfal ta’ persuni minn pajjiżi barra l-Unjoni Ewropea u l-familji tagħhom.
Kkompla jgħid li "dan jiġi skont numru ta’ liġijiet ibbażati fuq id-drittijiet umani, fosthom il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda, li Malta rratifikat 29 sena ilu".
L-Uffiċċju semma wkoll li kien f’ kuntatt ma’ diversi għaqdiet, fosthom il-Komunità Serba-Maltija fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar reġistrazzjoni u residenza u biex jassisti l-ġenituri u familji jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Huwa kkonkluda li minħabba numru kbir ta' talbiet għall-għajnuna li rċieva, hu kien qed jitlob l-awtoritajiet biex jibdlu il-politki u l-prattiċi li jaffettwaw lit-tfal biex dawn jirreflettu ddrittijiet u interessi tagħhom.