Wara operazzjoni fiċ-Ċentru ta' Detenzjoni ta' Ħal Safi l-Pulizja arrestat numru ta' immigranti li dalgħodu bdew protesta fiċ-ċentru.
Jidher li waqt din il-protesta l-Immigranti pprotestaw kontra d-detenzjoni, waqt li jgħajtu 'freedom' (libertà).
Ftit tas-sigħat ilu kelliem għall-Pulizija kkonferma din il-protesta 'żgħira' iżda qal li kollox jinsab taħt kontroll.
Din hija r-raba' protesta fl-aħħar ftit xhur f'dan iċ-Ċentru ta' Detenzjoni.
Fl-aħħar protesta fiċ-Ċentru ta' Ħal Safi, l-immigranti wkoll bdew jitolbu l-ħelsien filwaqt li bdew jaħarqu xi saqqijiet.
Aktar dettalji malli jaslulna.