Filmat | Mill-ġdid protesti fiċ-ċentru tad-detenzjoni ta' Ħal Safi; Immigranti jgħajtu għal-libertà

Duħħan iswed deher ħiereġ miċ-ċentru diversi drabi

Pulizija, suldati u anke l-Protezzjoni Ċivili reġgħu kellhom jissejħu fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni ta’ Ħal Safi minħabba protesta fost l-immigranti residenti.

L-immigranti qed jipprotestaw kontra d-detenzjoni, waqt li jgħajtu 'freedom' (libertà).

Fuq il-post issejjaħ numru sostanzjali ta' uffiċjali tal-Pulizija, uħud minnhom liebsa lbies protettiv f'każ li jkun hemm bżonn l-użu tal-forza. Għalkemm ma daħlux fiċ-ċentru, il-Pulizija dehru skjarati quddiem il-grada ewlenija.

Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentruPreżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentruPreżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru
Preżenza kbira ta' Pulizija quddiem iċ-ċentru

Tweħħlu wkoll diversi strixxuni madwar iċ-ċentru, uħud minnhom bil-kliem 'freedom' oħrajn jistaqsu 'fejn hu l-umanità?' u strixxuni oħra jisħqu li f'Malta ma hawnx ġustizzja.

Xi drabi nstema' wkoll taħbit u tisbit.

Duħħan iswed deher ħiereġ ukoll miċ-ċentru f'diversi ħinijet, x'aktarx għax l-immigranti bdew jaħarqu xi oġġetti. Ma jidhirx li kien hemm nirien fl-ebda struttura.

Din hija waħda minn sensiela ta’ protesti li seħħew fl-aħħar jiem f’dan iċ-ċentru u anke fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.

Intant fuq il-post issejħu diversi ambulanzi u anke tobba għalkemm ħadd ma weġġa' tul il-protesta.

Ritratti: James Bianchi
Ritratti: James Bianchi

Għall-ħabta ta' nofsinhar jew ftit wara, il-protesta waqfet bl-immigranti jidhru jitolbu iżda l-protesta kompliet fis-sagħtejn fejn reġa' deher ħiereġ ukoll xi duħħan iswed, għalkemm reġgħet ikkalmat ftit tal-ħin wara.

More in Kronaka