Il-vapur Alan Kurdi mhux se jitħalla jidħol fil-port ta' Lampedusa ... 40 immigrant fi triqthom lejn Malta

lbieraħ l-NGO Sea-Eye lbieraħ salvat 40 immigrant minn fuq dinghy 29 mil nawtiku 'l barra mill-Libja

Il-vapur 'Alan Kurdi' tal-NGO Sea-Eye jinsab fi triqtu lejn Malta wara li l-Gvern Taljan ma laqax it-talba tal-kaptan sabiex il-vapur jidħol fil-port ta' Lampedusa.

Ilbieraħ l-NGO Sea-Eye salvat 40 immigrant minn fuq dinghy 29 mil nawtiku 'l barra mill-Libja. L-immigranti ttieħdu abbord il-vapur Alan Kurdi u skont l-ewwel informazzjoni jidher li fost il-persuni salvata hemm mara tqila u tliet itfal wieħed ta' sena, ieħor ta' sentejn u tifel ieħor ta' erba' snien. Hu mifhum ukoll li hemm persuna li qed issofri minn ġrieħi kkawżati minn arma tan-nar. Dan għaliex skont il-verżjoni li ta dan l-immigrant, il-milizzji Libjana sparaw fuqu.

Il-persuni salvata ġejjin mill-Kongo, min-Niġerja, mill-Mali, mill-Ghana, mill-Kosta tal-Avorju u mill-Liberja.

Fi stqarrija l-bieraħ l-NGO spjegat li wara din l-operazzjoni tas-salvataġġ hi għamlet kuntatt mal-awtoritajiet u portijiet tal-viċin fosthom, il-Libja, t-Tuneżija, Malta, l-Italja u l-Ġermanja. Minkejja dan, peress li Lampedusa huwa l-aktar port sigur u viċin, il-vapur Alan Kurdi se jkun qiegħed jaqbad triqtu lejn il-gżira Taljana. Iżda ftit tal-ħin ilu, fi stqarrija oħra, Sea-Eye qalet li tard il-Ħamis filgħaxija l-Gvern Taljan ma laqax it-talba tagħhom u allegatament saħaq li jekk hemm xi emerġenzi mediċi, il-Maltin jistgħu jibgħatu tabib."

More in Socjali