Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ serjament f’hit-and-run f’Birżebbuġa

Il-każ seħħ fi Triq Għar Dalam għall-ħabta tal-5pm, meta mutur Peugeot Tweet kien involut f’ħabta ma’ vettura oħra li telqet minn fuq il-post

Raġel ta’ 26 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fi Triq Għar Dalam, Birżebbuġa, l-Erbgħa filgħaxija.

Il-Pulizija ntalbet tassisti għall-ħabta tal-5pm, wara ħabta bejn mutur tat-tip Peugeot Tweet, misjuq mir-raġel, u vettura oħra.

Skont l-ewwel investigazzjonijiet, il-vettura l-oħra telqet minn fuq il-post wara l-inċident.

Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post qabel ittieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei.

Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija