Raġel imut wara li waqa’ erba’ sulari f’Portomaso

Raġel tilef ħajtu kmieni dalgħodu wara li waqa’ madwar erba’ sulari fuq Vjal Portomaso f’San Ġiljan. L-identità tiegħu għadha mhix magħrufa

Raġel tilef ħajtu wara li waqa’ madwar erba’ sulari minn Vjal Portomaso f’San Ġiljan.

Il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident għall-ħabta tas-7.30am tal-Ġimgħa u marret minnufih fuq il-post.

Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li r-raġel waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari u spiċċa fit-triq.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku, iżda r-raġel ġie ċċertifikat mejjet.

S’issa l-identità tal-vittma għadha mhix magħrufa.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija