108 persuna miżmuma wara li nstabu jgħixu illegalment f'Malta

Il-Pulizija żammet 108 persuna li nstabu jgħixu f'Malta b'mod irregolari waqt spezzjonijiet li saru f'diversi lokalitajiet matul il-ġimgħa li għaddiet

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Il-Pulizija żammet 108 persuna li nstabu jgħixu f'Malta illegalment waqt sensiela ta' spezzjonijiet li saru matul il-ġimgħa li għaddiet.

L-ispezzjonijiet twettqu mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni flimkien mal-Pulizija tal-Komunità f'diversi lokalitajiet, fosthom il-Marsa u l-Ħamrun.

Skont il-Pulizija, il-108 persuna ġejjin minn diversi pajjiżi Ewropej, Asjatiċi u Afrikani.

Fl-operazzjoni pparteċipaw ukoll uffiċjali tal-Aġenzija tas-Servizzi ta' Detenzjoni, li assistew lill-Pulizija matul il-kontrolli.

Il-Pulizija ma tatx aktar dettalji dwar il-passi li se jittieħdu fil-konfront tal-persuni miżmuma.

More in Qrati u Pulizija