Raġel iweġġa' gravi f'ħabta bejn żewġ karozzi f'Ħaż-Żebbuġ

Raġel ta' 26 sena residenti l-Mellieħa sofra ġrieħi gravi wara li l-karozza li kien qed isuq kienet involuta f'ħabta ma' vettura oħra fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, tard ilbieraħ filgħaxija

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Raġel ta' 26 sena mill-Mellieħa weġġa' gravi wara ħabta bejn żewġ vetturi li seħħet ilbieraħ għall-ħabta tal-11pm fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija rriżulta li l-inċident seħħ bejn Toyota IQ misjuqa mir-raġel ta' 26 sena u Volkswagen Golf misjuqa minn żagħżugħ ta' 21 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq ta' 26 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar iċ-ċirkostanzi tal-inċident għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija