Serqa ta’ madwar €200,000 f’deheb minn ħanut tal-ġojjellerija fil-Furjana

Il-Pulizija qed tagħmel tfittxija għall-persuni li allegatament wettqu serqa minn ħanut tal-ġojjellerija fil-Furjana.

Ritratt : TVM
Ritratt : TVM

Is-serqa seħħet għall-ħabta tas-7pm fi Triq Sant’ Anna, meta s-suspettati daħlu fil-ħanut u allegatament ħarbu b’ammont sostanzjali ta’ deheb stmat għal madwar €200,000.

Skont rapporti fil-midja, il-persuni involuti daħlu fil-ħanut b’wiċċhom mgħotti iżda ma kinux armati. Wara li ħadu d-deheb, huma ħarbu mill-post qabel ma waslet il-Pulizija.

Fortunatament, ħadd ma ġie rrappurtat li weġġa’ waqt l-inċident.

Il-Pulizija għadha għaddejja bit-tfittxijiet sabiex jiġu identifikati u arrestati s-suspettati, filwaqt li l-investigazzjonijiet dwar il-każ għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija