Raġel ta’ 34 sena ngħata sentenza sospiża nhar il-Ħamis wara li ġie mixli b’serq aggravat għad-detriment ta’ kumpanija tal-gaming.
Hu ġie akkużat li fl-4 ta’ Marzu bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar, hu seraq ammont ta’ flus minn kumpanija tal-gaming, li ma qabżux il-valur ta’ €2,329.37, iżda jitqies bħala serq aggravat skont il-Kodiċi Kriminali.
L-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
B’hekk, fis-sentenza tagħha, il-Qorti qieset l-ammissjoni tal-imputat u tagħtu sentenza ta’ sentejn priġunerija, sospiża għal erbgħa snin.
Il-Qorti irrekomandat li r-raġel jerġa’ jinbagħat lura pajjiżu.
Maġistrat Donatella Frendo Dimech ippresediet fuq is-seduta.
L-Ispettur Ian Azzopardi pprosekuta, flimkien mal-avukata Marcea Fenech mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali.
L-avukata Rachel Tua bħala għajnuna legali dehret għar-raġel.