Trakk tal-gass jinqaleb fil-Mellieħa

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed imexxi operazzjoni delikata wara li trakk tal-LPG waqa' fil-Mellieħa

Ritratt: Civil Protection Malta/Facebook
Ritratt: Civil Protection Malta/Facebook

Fil-Mellieħa, kmieni llum filgħodu, madwar 07:30, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili inħareġ wara inċident tat-traffiku li involva trakk tat-trasport tal-LPG li waqgħa fit-triq.

Minħabba n-natura sensittiva tal-inċident, qed issir operazzjoni delikata u estiża biex jiġi żgurat il-protezzjoni tal-pubbliku u tas-sigurtà tas-sit. Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-Istazzjonijiet 1, 3 u 10 jinsabu fuq il-post biex jissorveljaw u jassistu fl-operazzjoni.

L-azzjonijiet jinkludu t-trasferiment sigur tal-LPG mit-trakk li waqa’ għal tanker ieħor li nġab fuq il-post. Wara li l-ħaddiema jikkonfermaw li l-vettura hija kompletament vojta, il-lorry se jiġi elevat bi krejn.

L-operazzjoni tinvolvi 15-il ħaddiema tat-tifi tan-nar, appoġġjati minn ħames fire tenders u żewġ uffiċjali anzjani, flimkien mat-tim tad-Dipartiment tal-Emerġenza mill-Isptar Mater Dei, Transport Malta, u uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta, li qed jaċċertaw u jgħattu ż-żona.

Il-pubbliku ġie mħeġġeġ jevita l-azzjoni f’din iż-żona u jsegwi l-istruzzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet biex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ kulħadd.

More in Qrati u Pulizija