Ħaddiem tal-kostruzzjoni qed jiġġieled għal ħajtu waqgħa f’Santa Venera

Ħaddiem tal-kostruzzjoni jinsab f’qagħda kritika wara li waqa’ minn għoli ta’ tliet sulari f’sit ta’ kostruzzjoni f’Santa Venera

Il-pulizija qalu li l-vittma huwa raġel Eġizzjan ta’ 41 sena li joqgħod f’Raħal Ġdid. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:15 ta’ filgħodu tat-Tnejn fi Triq Kanonku Bonnici.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kien fuq il-post flimkien ma’ tim mediku, qabel ma l-vittma ttieħed l-isptar b’ambulanza. Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi li jipperikolawlu ħajtu.

Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia fetaħ inkjesta u ħatar numru ta’ esperti biex jassistuh.

Il-pulizija, l-OHSA u l-BCA qed jinvestigaw il-każ.

More in Qrati u Pulizija