Mara bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku fil-Mosta

Mara ta’ 70 sena ssofri ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta

Mara ta’ 70 sena, residenti il-Mosta, spiċċat l-Isptar Mater Dei għall-kura wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta, madwar id-9:15am.

Mill-investigazzjoni preliminari tal-Pulizija, irriżulta li l-mara intlaqtet minn Toyota Ractis misjuqa minn raġel ta’ 73 sena, wkoll mill-Mosta.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post qabel ittieħdet b’ambulanza u ġiet ċċertifikata li kienet qed ssofri ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Qrati u Pulizija