Raġel bi ġrieħi gravi f’inċident bil-mutur f’Tal-Pietà

Raġel ta’ 58 sena minn Birkirkara spiċċa bi ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur f’Tal-Pietà u kellu jittieħed Mater Dei b’ambulanza, hekk kif il-Pulizija qed tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha

Ritratt: Pulizija ta' Malta
Ritratt: Pulizija ta' Malta

Raġel ta’ 58 sena minn Birkirkara weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq u waqa’ f’inċident fi Triq ix-Xatt, Pietà, għall-ħabta tal-10:30am.

Skont l-istqarrija tal-Pulizija, l-ewwel stħarriġ wera li l-vittma kienet qed issuq mutur tal-għamla Moden meta seħħet il-waqgħa. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna qabel ma r-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar l-inċident għadhom għaddejjin. 

 

More in Qrati u Pulizija