Il-ġuri fil-każ tal-klikka tal-Maksar
Il-ġurija qiegħda tisma’ l-evidenza ta’ Carmel Chircop

minn Ilenia Debono

Fid-disa’ jum tal-proċeduri tal-ġuri fil-każ kontra erba’ rġiel akkużati li qatlu lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-Avukat Carmel Chircop, instemgħet l-evidenza ta’ Carmel Chircop.
L-ewwel xhieda kienet is-Supretendent Sandra Zammit, li tat ix-xhieda tagħha meta rat lil Carmel Chircop mejjet. Hi rat raġel mal-art, miksi demm u ġrieħi minn arma tan-nar.
L-ewwel suspett kien Adrian Agius, raġel li kellu ftehim ma’ Chircop fuq biċċa negozju rigward il-propjetà u l-ftehim ma baqax attwali. Il-pulizija investigat lil Agius li qalilhom li kien barra minn Malta dakinhar tad-delitt, kif ukoll x’ġara rigward il-ftehim. Agius stqarr li ż-żewġ naħat ma laħqux kompromess u kulħadd mar għal rasu.
Madankollu, kollega ta’ Zammit qalilha li sema’ lil Chircop jargumenta fuq it-telefown u semma l-isem Adrian. Zammit qalet li hi ma ratx din it-telefonata imma kien x’qalilha kollega tagħha.
Wara li d-difiża bdiet l-analiżi tagħha fuq is-Supretendent, hi qalet lill-Qorti li l-ikbar inkwiet li kellu Chircop qabel ma miet, skont il-mara tiegħu, kienet in-negozju ma’ Agius. L-avukati tad-difiża staqsew rigward proċeduri relatati mad-delitt.
L-avukati staqsew ukoll fuq ċertu wieħed Jeffrey John Mallia, raġel li kellu xi negozju wkoll ma’ Chircop. Hi qalet li l-pulizija tkellmet ma’ Mallia imma ma ġiex meqjus bħala suspett fid-delitt.
Id-difiża baqgħet tistaqsi fuq Mallia, speċifikament fuq għaliex ma ġiex meqjus bħala suspett meta dan kellu l-istess relazzjoni ma’ Chircop bħall-akkużat. Zammiet reġgħet tenniet li l-mara ta’ Chircop qalet li l-ikbar inkwiet li kellu Chircop kienet rigward Adrian Agius.
Wieħed mill-avukati qal li Chircop kien irċieva ittra ta’ theddida mingħand Mallia, fejn ix-xhieda stqarret li ma tiftakarx b’din l-ittra waqt l-investigazzjonijiet tagħha.
Id-difiża staqsiet jekk kienx hemm xi ħaddieħor interrogat li kellu x’jaqsam man-negozju ta’ bejn Chircop u Agius, speċifikament Ryan Schembri u Etienne Cassar. Is-Supretendent wieġbet billi qalet li hi interrogat biss lill-Agius, imma jista’ jkun li xi ħaddieħor mill-korp tkellem ma’ dawn, hekk kif hi ma baqgħetx għall-investigazzjoni kollha.
Wara analiżi mingħand avukat ieħor, Zammit qalet li tiftakar isem Jeffrey John Mallia minn xi rapport li kien għamel Chircop. L-avukat staqsa fuq it-telefonata li saret Tas-Sliema fejn hi kkonfermat li wara li fittxu fir-rikordji tat-telefown ta’ Chircop, hu kien fil-fatt fuq it-telefown ma’ Adrian Agius f’Tas-Sliema.
Avukat ieħor jagħmel id-domandi tiegħu lis-Supretendent, domandi rigward Ryan Schembri, li kien ħarab minn Malta bi djun fil-miljuni, u jekk il-pulizija qatt investigat lilu jew lil Jamie Vella. L-Avukat kompla jistaqsi jekk Zammit kinitx taf li Chircop kien direttur t’erbatax-il kumpanija. Zammit twieġeb billi tgħid li ma tiftakarx dan hekk kif hi ma kinitx involuta fl-investigazzjoni kollha u kien hemm esperti oħra jinvestigaw fuq dawn id-dettalji.
Wara pawsa, is-sessjoni kompliet fil-11:38 a.m. Ix-xhieda li jmiss hija spettur tal-pulizija mill-qasam ta’ kontra l-ħasil ta’ flus. Hi qalet kif dakinhar tal-qtil hi kienet fl-għassa ta’ Birkirkara fejn fis-7:25 a.m. hi ġiet infurmata bl-inċident.
Hi spjegat x’rat fil-garaxx u ġiet mistoqsija fuq x’sabet u x’ġara dak il-ħin. Hi rrappurtat li minbarra l-pulizija kien hemm ċittadin preżenti, Augustine Grixti li ġriet fuq il-post meta semgħet erba’ tiri t’arma tan-nar.
Avukat minnhom staqsa fuq xhieda ieħor, ċertu Gino l-Mechanic u fuq iċ-ċavetta li kellu li tinfed għall-garaxxijiet. L-ispettur qalet li ma kinitx taf b’dan.
Ix-xhieda li jmiss hija kuntistabbli li kienet ukoll xogħol l-għassa ta’ Birkirkara dakinhar. Hi qalet fuq meta ltaqgħet m’ Augustine Grixti. Ix-xhieda tal-kuntistabbli taqbel ma’ dak li qalu ta’ qabilha.
Id-difiża tistaqsi lill-kuntistabbli jekk kinitx taf b’xi daħliet oħra għall-garaxxijiet minbarra dik minn fejn ġiet hi. Hi qalet li kien hemm sqaq li ħasbitu ma jinfidx, imma jista’ jkun sqaq. L-avukat qal li jista’ jkun li karozza żgħira tgħaddi minn dak l-isqaq.
Ta xhieda wkoll kuntistabbli li kien responsabbli sabiex jagħlaq iż-żona viċin ir-reat. L-avukat staqsieh jekk kienx hemm xi ħadd li għalaq is-sqaq li semmiet il-kollega tiegħu. Hu qal li suppost ingħalaq imma ma jistax jiftakar min kien responsabbli ta’ dan għax hu kien fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
Kuntistabbli ieħor mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit jagħti x-xhieda tiegħu. Hu qal li hu kien qiegħed isuq meta semaż bid-delitt. Meta wasal, hu nduna bi sqaq żgħir fejn aktar tard hu pparkja l-karozza tiegħu fejn dan l-isqaq sabiex l-ambulanza tgħaddi. Il-kuntistabbli jgħid li hu telaq minn fuq ix-xena minn dan l-isqaq.
Avukat tad-difiża staqsa jekk il-qattiel kienx fil-kumpless stess jew laħaqx ħarab. Hu staqsa lill-pulizija jekk rax xi sigaretti mal-art imma hu qal li ma rax. Ix-xhieda jgħid li bil-karozza tiegħu fl-isqaq ma setgħetx tgħaddi karozza oħra. Hu ġie mistoqsi jekk rax xi nies jidħlu jew joħorġu mill-isqaq bil-mixi, hu qal li le.


