Raġel ta’ 30 sena minn Marsaskala ttieħed l-Isptar Mater Dei nhar is-Sibt wara nofsinhar wara inċident tat-traffiku li seħħ f’Raħal Ġdid.
Skont il-pulizija, l-inċident ġara madwar nofsinhar.
Mill-investigazzjonijiet inizjali jirriżulta li r-raġel kien qed isuq mutur tat-tip Honda Hornet meta tilef il-kontroll u waqa’.
Tim mediku mar fuq il-post sabiex jagħti l-ewwel għajnuna lir-raġel, li mbagħad ittieħed l-isptar b’ambulanza.
Ir-raġel qed isofri ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.