Frodi benefiċċji soċjali: Silvio Grixti b’€4.5 miljun f’assi friżati, fuq ordni tal-Qorti

Il-qorti ordant l-iffriżar ta’ €4.5 miljun f’assi fil-każ tagħha kontra l-eks deputat Laburista Silvio Grixti

Il-Qorti tal-Maġistrati ordnat l-iffriżar ta’ assi kontra l-eks Deputat Laburist Silvio Grixti u erba’ konvenuti oħra mixlija b’serq u misapproprjazzjoni fuq frodi ta’ benefiċċji. 

Il-Maġistrat Rachel Montebello ħarġet digriet dwar l-assi li għandhom jiġu sekwestrati u ffriżati fl-akkużi kontra l-eks deputat Laburista u tabib Silvio Grixti, u ko-kospiraturi, Roger Agius, Emanuel Spagnol, Dustin. Caruana u Luke Saliba. 

Il-Qorti ordnat total ta’ €4.5 miljun f’assi jiġu ffriżati fil-każ ta’ Silvio Grixti. L-assi ffriżati ta’ Agius kienu jammontaw għal €60,000, €90,000 għal Spagnol, €153,000 għal Caruana, u €47,000 għal Saliba. 

F’Marzu, it-Tabib Silvio Grixti u erba’ irġiel oħra ġew mixlija li waqqfu u li ffurmaw parti minn organizzazzjoni kriminali, li ffrodaw lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ammont ta’ aktar minn €5,000 u falsifikazzjoni ta’ dokumenti uffiċjali. 

L-irġiel ġew akkużati wkoll li ffalsifikaw dokumenti pubbliċi u li għamlu użu minnhom, għamlu dikjarazzjoni falza lill-awtoritajiet pubbliċi u fil-pussess ta’ oġġetti maħsuba biex jintużaw għal skopijiet frawdolenti, kif ukoll akkuża separata ta’ ħasil ta’ flus. 

Grixti jinsab akkużat li pprovda ċertifikati mediċi lill-applikanti b’diżabbiltà li fil-verità ma sofrewx minnhom, li ppermettewhom jikkwalifikaw għall-allowance, wara li dehru quddiem bord mediku. 

Il-pulizija akkużat lil Agius, Spagnol, Caruana u Saliba li aġixxew bħala intermedjarji, li ġabru ħlasijiet mingħand il-benefiċjarji frawdolenti. 

Lista dettaljata tal-benefiċjarji li nstabu fuq il-laptop ta’ Grixti ġew miġbura flimkien ma’ rekords tal-ammonti li Grixti kien irċieva u t-totali mħallsa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali lill-benefiċjarji frawdolenti.

More in Qrati u Pulizija