Tifel ta' 13-il sena fil-periklu tal-mewt

Tifel ta' 13-il sena fil-periklu tal-mewt wara li intlaqat minn karozza f'Santa Luċija

Tifel ta' 13-il sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident it-Tlieta, fi Triq Katerina Vitale, Santa Luċija.

L-inċident seħħ meta t-tifel intlaqat minn vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta'49 sena, residenti l-Fgura.

Dan seħħ għall-ħabta tal-11:15am.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ serjament.

Bil-każ ġiet infurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia fejn ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata. 

More in Qrati u Pulizija