Raġel jitlef ħajtu wara inċident fis-Swieqi

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 56 sena ħabtet f’xi residenzi fl-imsemmija triq

Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-3am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Swieqi, Swieqi.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li vettura Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ħabtet f’xi residenzi fl-imsemmija triq.

Ftit ħin wara l-inċident, fuq il-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku.

Ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei iżda sfortunatament ftit tal-ħin wara huwa kien iċċertifikat mejjet.

Bil-każ kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia, illi fetaħ inkjesta, filwaqt li l-pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ

More in Qrati u Pulizija