Il-Pulizija tinvestiga rapport ta' sparatura f'Tas-Sliema

Kelliem għall-Pulzija qal lill-gazzetta oħt li rċevew rapport ta' danni fuq propjetà li jidher bħal donnu huma ħsarat kkawżati minn sparatura

Il-Pulizija qiegħda tinvestiga rapport possibilment ta' sparatura li seħħ f'Tas-Siema.

Kelliem għall-Pulzija qal lill-gazzetta oħt MaltaToday li għall-ħabta tal-12:10pm, il-pulizija rċeviet rapport ta' danni fuq propjetà li jidher bħal donnu huma ħsarat kkawżati minn sparatura.

L-ebda ġrieħi ma ġew irrappurtati, hekk kif il-pulizija qalu li resident ta' 50 sena minn Tas-Sliema qed jgħin lill-pulizija fl-investigazzjonijiet.

Tnediet inkjesta maġisterjali fuq il-każ. 

 

More in Qrati u Pulizija